Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx

E-mail Print PDF
Share

Giga aktar importanti minn Franco

mainDin il-gimgha, fix-xena politika zviluppat sitwazzjoni fejn id-deputat tal-Gvern, Franco Debono, li huwa wkoll Assistent Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, baqa’ jinsisti li se jastjeni dwar il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni Laburista li titlob ghar-rizenja tal-Ministru Austin Gatt minhabba l-fjask bis-sistema tar-rotot il-godda tat-trasport pubbliku.

Min-naha tieghu Gatt gie rrappurtat illi qal illi jekk biex ma tghaddix il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni, ikun mehtieg il-vot tal-Ispeaker, xorta wahda huwa behsiebu jirrizenja, daqslikieku tkun ghaddiet il-mozzjoni Laburista.

Sitwazzjoni kritika bhal din u min-naha taghhom Peppi Bondi Station (PBS), fit-tliet programmi ta’ grajjiet kurrenti li ghandhom kull gimgha tal-Where’s Everybody? fuq il-PBS, ma sabux imqar nofs siegha biex jiddiskutu s-sitwazzjoni li qed tizviluppa bil-pozizzjoni li qieghed jiehu Franco Debono. Tal-Peppi Bondi Station iddiskutew il-hacking, is-sitt siggu ta’ Malta fil-Parlament Ewropew, lil Giga ghat-tielet darba u lil Charles Muscat il-Pips, imma xejn assolutament dwar il-mozzjoni Laburista u l-insistenza ta’ Franco Debono li Austin Gatt, il-kugin ta’ Bondi, ghandu jirrizenja.

Il-kaz ta’ Giga ta’ 50 sena ilu, ghal Peppi m’hemmx rispetti, iktar importanti minn dak li qieghed jigri f’Malta bhalissa.

Notice-board tal-Gvern

Il-bulettin tal-ahbarijiet tal-PBS tal-arci-Nazzjonalist Natalino Fenech, sar qiesu notice board tad-DOI fejn il-powers that be Nazzjonalisti jahsbu li dan l-istazzjon qiesu xi bicca proprjetà personali taghhom.


Mela l-Hamis ta’ gimgha ilu, fil-bulettin tat-8.00pm gie mxandar rapport dwar iz-zjara li ghamel il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech fis-sit tal-fabbrika tal-Yorkie San Gwann, li issa twaqqghet biex minflokha eventwalment jinbena l-BioPark ghall-progetti bio-medici.

Din l-ahbar regghet ixxandret fil-bulettin tat-tmienja tal-PBS il-Hadd ta’ wara, avolja kienet qdiemet bi tliet ijiem. Kienet sahansitra wiehed mill-punti ewlenin tal-ahbarijiet tal-Hadd li ghadda, meta l-ahbar kienet ta’ avveniment li sehh il-Hamis ta’ qabel. Jidher li din l-ahbar regghet kienet ripetuta ghax il-Hamis intilfet minhabba li l-ahbarijiet kienu ddominati bil-qbid u l-qtil ta’ Muammar Gaddafi.

Biex tkompli tghaxxaqha u biex ikun aktar minn ovvju li dan l-ezercizzju kien wiehed purament propagandistiku, il-filmat li xxandar il-Hadd lanqas kien tal-PBS imma kif kienu jixhdu l-credits, kien ipprovdut mill-Malta Enterprise li hija agenzija tal-Gvern.

Bilanc fil-laqghizmu

298967_10150425033127652_594447651_10237716_2045054078_nFl-edizzjoni tat-Tnejn li ghadda tal-programm “Nidhru tnejn, imma jmexxi wiehed”, fuq TVAM kien hemm daqxejn ta’ konkors, mhux dwar min f’dan il-programm ghandu l-mazz f’idejh, ghax dan aktar minn ovvju, imma bejn min jilghaq l-aktar lil Mario de Marco.

Pierre Portelli rrimarka dwar is-survey li kien ixxandar fil-gurnata ta’ qabel mill-MaltaToday dwar il-popolarità tal-Ministri jew in-nuqqas taghha.  Portelli qal illi Mario de Marco huwa l-aktar wiehed popolari fost il-ministri kollha, u dan minkejja s-salib li jrid igorr tal-Mepa.

Fil-pront dahal ghan-nofs Joe Mifsud, id-difensur par eccellenza ta’ kull m’ghandu x’jaqsam mal-familja de Marco, u qal x’jigifieri jigi kkritikat Mario de Marco  dwar il-Mepa meta dan ma jahti xejn ghan-nuqqasijiet taghha?!

Veru jezisti ‘bilanc gust’ f’dan il-programm, ghax ghal wiehed kellu tnejn jilaqghuh kemm jifilhu Mario de Marco.

Teatrini

2010010759930501Tonio Borg ghandu ftit minn dawk il-politikanti Taljani l-antiki li jiddilettaw bit-teatralità fil-politika. Mela xi ftit tal-jiem ilu, ftit qabel ma saret l-elezzjoni ghall-Assemblea Kostitwenti fit-Tunezija, saret cerimonja ta’ prezentazzjoni mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin lill-awtoritajiet Tunezini ta’ xi volumi ta’ ligijiet Maltin. Dawn il-volumi kienu jinkludu l-ligi elettorali Maltija, u nghataw lit-Tunezini biex jiehdu l-ideat minnhom ha jkunu jistghu jimmudellaw il-ligijiet taghhom. Issa jekk tezisti ligi mraqqa, arkajika u mlaqqta fid-dinja kollha, din hija zgur il-ligi elettorali Maltija.

U jekk it-Tunezini huma mhawwdin bis-sitwazzjoni politika li hemm fil-pajjiz, il-ligi elettorali Maltija jonqoshom biex jigu ottu. Din sieheb ta’ meta ta’ Transport Malta li flimkien ma’ Austin Gatt u Manwel Delia, jahtu ghall-fjask tar-rottot il-godda tat-trasport pubbliku, kellhom il-wicc imorru Mizurata biex jaghtu l-pariri esperti taghhom lil-Libjani dwar it-trasport f’pajjizhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata