Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tiftakru meta kollox kien smart?

E-mail Print PDF
Share

leo6Fl-ahhar fazijiet tal-kampanja elettorali li ghaddiet, il-Gvern fi stil li jfakkarna fl-Istasi tal-Germanja tal-Lvant, kien ipprova jgibna nitkellmu wahedna u nghidu l-kelma SMART lil xulxin. Qiesha kienet l-unika kelma li tezisti fid-dizzjunarju tal-Gvern ta’ Gonzi.

Kellna Smart City. Kellna Smart Policies. Kellna Smart Island ecc.

Tant spiccaw rikbu fuq dan il-karru li hin minnhom dak li kien slogan tal-Gvern spicca fi slogan tal-PN u vici versa.

Dan kollu gara fi Frar tas-sena 2006 meta l-Prim Ministru Gonzi kien habbar progett kbir fin-naha t’isfel ta’ Malta ftit gimghat biss qabel l-elezzjonijiet lokali.

Ftit jiem wara qrajna li bdew tahdidiet ma’ Tecom Invest-ments biex jinholqu madwar 5,600 impjieg li 65% minnhom kienu sejrin jkunu fl-informatika u l-ICT.

L-ispin politiku kien li s- South ta’ Malta li kellu nuqqas kbir ta’ impjiegi, f’daqqa wahda kien ser jinbidel f’hub ewlieni tas-servizzi fi gziritna.

Kien propju hemmhekk li fegget il-kelma SMART ghall-ewwel darba.

Fil-kampanja elettorali tal-PN tant raw fiha karta rebbieha li kienu anki gabu ghadd ta’ personalitajiet, kwazi kollha Nazzjonalisti jippuzaw ghall-billboards tal-Gvern li suppost li kienu ntizi biex jippromwovu l-istrategija ta’ Smart Island.

L-interessanti huwa li filwaqt li f’dawn il-jiem il-Ministru Gatt ghazel li jwahhal fil-MEPA ghad-dewmien fil-progett ta’ Smart City, filwaqt li hanbaq fuq li hanbaq meta kien ma’ kuginuh fuq Bondi+ li lanqas kienet tghaddilu minn mohhu li jaghmel xi forma ta’ pressjoni fuq il-MEPA biex thaffef xoghlha ghax hija indipendenti (!!), dakinhar il-Gvern kien ftahar li permezz tal-fast tracking, il-progett kien qed jghaggel gmielu. Fosthom issemmiet il-fast tracking tal-MEPA  nnifisha.

F’Novembru 2006 il-MEPA tant kienet ‘indipendenti’ li sahansitra kienet biddlet il-local plans taghha biex takkomoda dan il-progett.

Dan ghamlitu billi r-Rikazli gie earmarked ghall-ewwel darba bhala sit ghall-industriji tal-informatika u l-komunikazzjoni, filwaqt li qablet li ghandu jibda jakkomoda wkoll l-izvilupp fil-qasam residenzjali, lukandier u kummercjali.

 

Kien b’rizultat ta’ dan l-ippjanar gdid tal-MEPA li twittiet it-triq biex jkun hemm triq arterjali gdida, kif wkoll ir-riallokazzjoni tal-impjant tat-tisfija tad-drenagg.

Il-MEPA kienet approvat il-progett ta’ Smart City f’Ottubru tal-2009, xahrejn biss wara li l-Environment Impact Assess-ment kien inhareg ghall-konsultazzjoni pubblika.

Dan kien meqjus bhala xi haga li saret f’hin rekord meta wiehed iqis id-daqs tal-progett involut.

Ghalkemm dan l-ahhar il-Ministru Gatt ipprova jxejjen il-kritika tal-istess Kummissjoni Ewropea ghad-dewmien fil-progett ta’ Smart City billi qal li dan kien ibbazat biss fuq propaganda mitmugha mill-PL u xi gurnali bhall-Malta Today  u li din ma kinitx l-opinjoni tal-UE innifisha, il-Ministru anki dwar din kien qed jqarraq.

Ghaliex il-Kummissjoni kien-et kritika proprju ghall-Gvern innifsu meta qalet li hafna pjani ambizzjuzi tal-Gvern mhux dejjem kellhom strategiji cari tal-implimentazzjoni li wiehed seta’ joqghod fuqhom.

U lil Smart City semmewh biss bhala ezempju wiehed!

Galadarba issa anki s-CEO barrani ta’ Smart City ghogbu johrog imeri lill-UE, tajjeb li wiehed jiftakar u jfakkar f’kazi ohrajn fejn il-promoturi tal-progett waqghu lura fix-xoghol taghhom minkejja l-pompa u l-ftahir kollu.

Li jinkwetani l-aktar huwa li donnu l-prijorità ewlenija tal-Ministru Gatt hija li permezz tad-dikjarazzjonijiet tieghu,  jara li ta’ Smart City fl-ebda mod ma jigu meqjusa li kisru xi obbligi kuntrattwali. Spec-jalment dwar il-holqien ta’ impjiegi godda.

L-istorja ricenti turina mhux biss li dawn wahhlu f’ghadd ta’ cirkustanzi biex jiggustifikaw certu dewmien - mill-krizi f’Dubai u sahansitra sat-taqlib fil-Libja, meta l-investiment Libjan qatt ma naf li kien ikkontemplat f’dan il-kuntest.

U dan biex ma nsemmix l-ghadd ta’ rizenji li kellhom tas-CEO, is-CFO, is-Senior Project Manager u anki Infrastructure Managers. Flimkien mat-tkeccija ta’ ditta internazzjonali ewlenija tal-Periti.

Fis-17 ta’ Settembru 2009 il-Ministru Tonio Fenech kien ikkonferma li x-xoghol ta’ kostruzzjoni kien waqa’ lura fl-ewwel kwart tas-sena. Izda anki dakinhar il-Ministru Gatt deher li kellu prijorità wahda. Li jserrah ras ‘kulhadd’ li Smart City ma kinux kisru l-obbligi kuntrattwali taghhom.

Tbazwir a la Yeltsin

Meta jkollok progett fejn jispicca bhala CEO tieghu dak li sa ftit gimghat qabel suppost kien qed jinnegozja f’isem il-Gvern Malti mal-istess promoturi tal-progett biex jhares l-interessi tal-Gvern Malti, minghajr ma trid tiftakar fil-mod kif kienu jsiru il-privatizzazzjonijiet fi zmien Yeltsin!

Il-poplu Malti ghandu kull dritt jkompli jsaqsi dwar dan il-progett ghax kien gie mibjugh lilu bhala l-akbar investiment barrani li qatt kellna f’pajjizna.

Fid-19 ta’ Gunju 2008, konna gejna mgharrfin li Smart City digà kienet qed tigbed lejn pajjizna ghadd ta’ shab barranin biex joperaw f’pajjizna.

Ghalkemm Gonzi bhalissa jidher li konvenjentment waqa’ fil-muta - kif dejjem jaghmel meta xi haga tmur zmerc jew tibda tinten - kien wera pubblikament is-sodisfazzjon tieghu u tal-Gvern tieghu ghall-fatt li l-progett kien qed jzomm mat-time frames ambizzjuzi tieghu fl-istadju tal-implimentazzjoni.

Ghalkemm Gatt donnu digà qed jipprova jilqa’ ghall-eventwalità li l-progett jista’ ma jsehhx, billi qed jgib l-iskuza li l-impjiegi fil-qasam tal-informatika xorta wahda qed joktru, sentejn ilu kien tkellem mod iehor.

 

Tant li kien iddeskriva Smart City bhala l-akbar hollieq tal-impjiegi li qatt kellna taht saqaf wiehed f’pajjizna.
Fis-26 ta’ Frar 2008 il-Ministru Gatt kien habbar wara avveniment tal-ORACLE fl-MCAST li l-Gvern digà kien irnexxielu jikseb (secured) 2,600 impjieg gdid fil-qasam tal-informatika fi Smart City wahdu. Tant li kien uza l-kliem li dawn kienu digà gewwa f’mod kuntrattwali.

Meta l-PL fil-kampanja tas-sena 2008 kien habbar li kellu hsieb li johloq 6,000 impjieg,  Gatt kien qal li Smart City u l-Freeport wahedhom, digà kellhom irbit kuntrattwali ghal daqstant impjiegi. Anzi qal li bejniethom kienu sahansitra lesti li jaqbzu dic-cifra.

Filwaqt li bhalissa Gatt qed isibha konvenjenti li jwahhal fil-MEPA, f’Marzu tas-sena l-ohra Abdul Rahman, is-CEO barrani ta’ Smart City, kien ftahar li Smart City kienu mexjin tajjeb u id f’id mal-MEPA.

Il-farsa tkompli......

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
www.leobrincat.com

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata