Jekk kellna xhieda ta’ kemm il-Gvern ma jafx jippjana jew inkella jippjana hazin, f’dawn il-garnet assistejna ghall-froga li sehhet dan l-ahhar fl-hekk imsejha riforma tat-trasport pubbliku. Il-Gvern Nazzjonalista biex jippjana rotot godda ma riedx jinqeda b’xi cuc Malti biex jaghtih pariri u konsulenza dwar kif kellhom isiru r-rotot tat-trasport pubbliku.Ipprefera li jiehu s-servizzi ta’ kumpannija barranija ta’ transport planners u nefaq 400,000 ewro minn flus il-poplu biex jiddisinjawlu s-sistema huma.
Din is-sistema hija simili ghal dik li tintuza f’xi pajjizi kbar b’numru ta’ interchanges biex iwasslu lill-passiggieri fid-destinazzjoni taghhom.
Mill-ewwel deher car li sistema bhal din qatt ma setghet tkun addatata ghal pajjizna. Infatti kellha impatt negattiv fuq ir-rotot proposti ghaliex fihom kien hemm dewmien esagerat biex passiggieri jmorru minn villagg ghall-iehor.
Dak li jsehh barra mill-pajjiz mhux bilfors li jista’ jkun addattat ghac-cirko-stanzi taghna u ghalhekk din il-problema bdiet tinhass mal-ewwel granet li l-Arriva bdew jahdmu bis-servizz taghhom.
Il-falliment tar-riforma fit-trasport pubbliku huwa kollu kemm hi tort tal-Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, li qed ihalli lil shabu jimxu b’arroganza minghajr ma jikkonsultaw nies li ghandhom esperjenza lokali f’dan is-settur.
Il-Gvern kellu jidhol ghal spiza nfrastrutturali qawwija biex jibni interchanges, terminus u park and rides li kellhom iservu bhala facilitajiet li jikkumplimentaw din is-sistema. Minkejja dan kien jidher car mill-ewwel li kif is-sistema kienet imfassla fuq il-karta kienet tghodd hafna ghal xi vjagg b’xi metro, izda zgur mhux b’xi vettura tal-linja.
Jekk naraw ukoll x’qed jigri fil-Park and Ride tal-Furjana, ir-rizultat ta’ dan huwa li llum ftit nies qed juzaw dan il-parkegg minhabba t-tariffi gholjin li ma jaghmlux l-uzu tieghu vijabbli kif kien mahsub qabel.
F’dawn l-ahhar tlett xhur l-ammont ta’ vetturi fit-toroq Maltin zdiedu b’mod qawwi ghaliex gustament il-passig-gieri ma bdewx jafdaw fis-sistema l-gdida tat-trasport pubbliku.
L-istess gara fil-parkegg ghall-Belt Valletta fejn il-Park and Ride qed jibqa’ vojt, bis-sewwieqa jissieltu biex ihallu l-vettura taghhom f’postijiet madwar il-Belt Valletta bil-problemi ta’ kongestjoni li qed jinholqu f’din iz-zona.
Dawn in-nuqqasijiet gab-hom il-Gvern b’idejh u ghalhekk il-Partit Laburista qed jishaq li tingarr ir-responsabbiltà politika ghal din il-froga fit-trasport pubbliku l-gdid.
Meta madwar sentejn ilu fil-konferenza dwar it-trasport kien mistoqsi fuq il-problemi li se jgibu maghhom dawn ir-rotot, il-Gvern irrapprezentat minn Emanuel Delia, ipprefera li jinjora l-kummenti tan-nies u jxejjen il-kritika gusta ta’ dawk prezenti. Hekk ghamel fuq il-mezzi tax-xandir ftit jiem qabel ir-riforma.
Issa wara dawn l-ispejjez kollha u l-problemi li gabet maghha r-riforma tat-trasport pubbliku li affetwat il-hajja u l-ghixien tan-nies, gie mhab-bar li l-Gvern se jmur ghar-rotot tradizzjonali diretti minn kull villagg.
Sfortunatament minhabba dan in-nuqqas ta’ ppjanar, finalment se jispicca jhallas ic-cittadin Malti minn butu u mhux xi cuc barrani.

| < Prev | Next > |
|---|






