Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Gideb u falsità galore

E-mail Print PDF
Share

Meta persuna tasal f’punt f’hajitha li tibda temmen dak li tkun immaginat li rat jew semghet u mhux dak li effettivament ikun sehh, dik il-persuna x’aktarx li jkollha bzonn il-mistrieh, jekk mhux ukoll il-kura.

 

Meta persuna jibdew jaghtuha l-allucinazzjonijiet u l-vizjonijiet u titlef is-sens li tiddistingwi bejn immag-inazzjoni u realtà, taf ukoll issir ftit perikoluza ghaliha nnifisha u anki ghal dawk ta’ madwarha.

Meta persuna tibda tigdeb bl-addocc ma’ kull nifs li tiehu u tant tigdeb li tibda temmen il-gideb taghha stess, qajla tibda tittiehed bis-serjetà, u iktar ma jghaddi z-zmien u tkompli tigdeb, qajla se ssib lil min se jibqa’ jemminha.

Huwa fatt li ma jista’ jmerih hadd li Lawrence Gonzi u shabu tal-club esklussiv tal-€500 zieda fil-gimgha, jinsabu mahkuma mis-sindromu politiku tal-falsità u tal-gideb galore u aghar minn kollox, dawn jahsbu li jistghu jigdbu u jharfu kemm jifilhu u hadd u xejn ma jista’ jwaqqafhom ghax ghandhom trattament ipprivileggjat moghti lilhom mix-xandir tal-Istat u minn bosta esponenti tal-media suppost indipendenti.

Meta kienet inqalghet il-kwistjoni tahraq fil-Parl-ament dwar votazzjoni partikolari fuq mozzjoni tal-Oppozizzjoni, kien is-soltu Austin Gatt li harref u qala’ minn zniedu kemm felah dwar id-Deputat Laburista Justyne Caruana u rrikora ghall-falsità u ghad-dizonestà biex minn ghalih johrog minn sitwazzjoni mill-iktar imbarazzanti ghall-partit tieghu minhabba l-’lapsus’ ta’ Mario Galea.

Austin Gatt f’dawn l-ahhar granet rega’ nqabad jigdeb kemm jiflah meta waqt il-programm ta’ kuginuh, qal illi l-Gvern ma hareg xejn mill-but ghall-progett ta’ SmartCity u li jekk dan il-progett ma jsehhx, il-poplu Malti m’hu se jkun tilef xejn. Biex imbaghad hareg car li apparti l-art pubblika estensiva fuq medda ta’ 360,000 metru kwadru li giet allokata mill-Gvern ghal dan il-progett, il-Gvern hareg tal-inqas €15 -il miljun ghal SmartCity, altru milli ma hareg xejn.

Il-falsità u l-gideb ta’ Gonzi u shabu jestendu sal-punt li qieghed isir hafna loghob bil-mirja, anki fejn tidhol statistika ufficjali.

Il-Ministru Tonio Fenech ried jghatti x-xemx bl-gharbiel meta biex tinghata l-impressjoni li l-esportazzjoni minn Malta kienet zdiedet sostanzjalment fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, dahhal fil-kalkoli tieghu r-ri-esportazzjoni taz-zejt minn Malta, meta effettivament kulhadd jaf li Malta ma tipproduci ebda zejt, ahseb u ara kemm nistghu nesportaw zejt li m’ghandnix.

Ir-ri-esportazzjoni taz-zejt li taghmel Malta bejn pajjiz u iehor ftit li xejn thalli mpatt fuq il-qaghda ekonomika tal-pajjiz ghax ftit li xejn tinvolvi valur mizjud li jsir f’Malta. Issa meta jigu separati c-cifri tar-ri-esportazzjoni mic-cifri tal-esportazzjoni vera u proprja tal-prodotti mahduma f’Malta u tas-servizzi pprovduti minn Malta, hemmhekk tirrealizza li l-esportazzjoni minn pajjizna f’termini reali naqset marginalment, kontra kull impressjoni li pprova jaghti l-Ministru Fenech.

Izda wahda mill-iktar gid-biet hoxnin li ntqalu fi zminijiet ricenti, kienet dik li zzartet il-Hadd illi ghadda. Fl-gheluq tal-kungress organizzat mill-Partit Laburista dwar l-izvilupp ta’ Ghawdex, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat semma bhala ezempju ta’ nuqqas ta’ hegga biex Ghawdex ikun integrat fil-politika tal-izvilupp tal-pajjiz, li d-deputati Nazzjonalisti Giovanna Debono, Chris Said u Fredrick Azzopardi kienu vvutaw kontra l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni li kienet titlob li l-Gozo Chamber of Commerce jiddahhal fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD).

Fi stqarrija li ghal giehna nharget mid-Dipartiment tal-‘Informazzjoni’ bi twegiba ghal dan id-diskors ta’ Joseph Muscat, Debono, Said u Azzopardi cahdu li huma kienu vvutaw kontra li l-Gozo Chamber isir parti mill-MCESD. Tant ghandhom idea baxxa tal-intelligenza tan-nies, li jahsbu li jistghu jghadduha lixxa bil-gideb taghhom qiesu qatt ma kien xejn.

Granet wara, perezz ta’ ruling li nghata mill-Ispeaker, gie kkonfermat illi Debono, Said u Azzopardi kienu effettivament ivvutaw kontra li Ghawdex ikun rapprezentat b’mod dirett fl-MCESD.

In-Nazzjonalisti ghandhom il-kapacità li filwaqt li jilaghbuha tal-qaddisin, jafu jigdbu bl-addocc u b’kemm ghandhom sahha f’wicc dak li jkun. Bhalma jghid il-qawl Taljan, Malti, hu x’inhu, jibilghu l-ostji u jahraw ix-xjaten.

Wasal iz-zmien li jitwaqqghu l-maskri ta’ dawn l-ipokriti, li issa ilhom wisq li hu wisq jitmejjlu u jghaddu n-nies biz-zmien.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata