L-anzjani huma kontributuri ewlenin lejn il-gid komuni tal-pajjiz. L-izvilupp u l-beneficcji li ahna ngawdu llum, huma dovuti ghall-hidma ta’ min illum huwa anzjan. F’Malta, bhal fil-bqija tad-dinja, l-poplu qed jghix aktar u allura n-numru tal-anzjani qieghed dejjem jizdied.
Il-Partit Laburista jemmen li kull persuna, ghandha kemm ghandha età, ghandu jkollha l-opportunità li tghix hajja dinjituza, fejn ikollha r-rispett u l-appogg kollu mehtieg.
Huwa fatt maghruf li llum il-gurnata l-anzjani qed isibuha difficli biex ilahhqu mal-gholi tal-hajja, mal-kontijiet esagerati tad-dawl, tal-ilma, mal-gass u mal-ispejjez tal-medicini.
L-gholi tal-hajja qieghed icahhad lill-anzjani minn hafna bzonnijiet ohra. fosthom il-fatt li ma jkollhomx flus bizzejjed biex jixtru l-medicina li ma tinghatalhomx b’xejn mill-isptar. Izda, bhas-soltu, l-Gvern jibqa’ ma jaghmel xejn quddiem din is-sitwazzjoni.
Il-kundizzjoni tad-dementia f’pajjizna digà qed taffettwa ’l fuq minn erbat elef ruh, u din ic-cifra hi mistennija li tirdoppja kull erba’ snin. Minkejja li l-Gvern wessa’ l-Iskeda V tal-Att dwar is-Sigurtà Socjali biex jinkorpora aktar kundizzjonijiet medici u jaghti l-ghajnuna, il-Partit Laburista jinnota li l-Gvern ghadu sal-lum ma rax il-htiega li jindirizza din il-kundizzjoni li tolqot l-aktar lill-anzjani.
Fir-rapport Dinji ghas-sena 2011, Alzheimer’s Disease International tinsisti li d-dijanjozi kmieni tal-kundizzjoni tad-dementia tista’ tiffranka lill-individwi aktar minn ™7000. Malta huwa l-uniku pajjiz fl-Unjoni Ewropea flimkien mal-Latvja, li lill-anzjani li jbatu minn din il-kundizzjoni ma nghinuhom b’xejn.
M’hemmx dubju li l-fatt li ahna bhala pajjiz ma naghmlu xejn fir-rigward ta’ din il-kundizzjoni, jiswa aktar ghaliex dawn l-anzjani jispiccaw istituzzjonalizzati.
L-anzjani taghna jistennew titjib fis-servizz nazzjonali tas-sahha u li jiddahhlu servizzi godda ghal persuni anzjani, biex kemm jista’ jkun jibqghu jghixu fi djarhom.
Huwa fatt li llum l-anzjani huma eskluzi mis-socjetà u ghalhekk iqum il-bzonn li jittiehdu mizuri biex l-anzjani jkunu wkoll kontributuri fl-izvilupp tas-socjetà taghna u tal-pajjiz. Il-Gvern jehtieg li jaghmel mizuri sabiex il-pajjiz ikollu ekonomija b’sahhitha, li jiggenera x-xoghol, u li jiggarantixxi kwalità ta’ hajja ahjar anke ghall-anzjani taghna.
Il-Partit Laburista huwa kommess li jahdem f’dan il-qasam biex jippromwovi s-sahha tal-anzjani u jhares il-bzonnijiet tal-anzjani. Il-glieda kontra d-dementia ser tkun prijorità fil-qasam tal-anzjani ghall-Gvern Laburista.
Il-Partit Laburista jhares lejn l-età anzjana bhala sfida, u mhux bhala problema. Dan jista’ jsir billi nkunu aktar proattivi u nahsbu ghall-bzonnijiet futuri taghna meta wiehed ikun ghadu f’sahhtu.
L-anzjani m’ghandhomx jigu abbandunati ghaliex ikunu hargu bil-pensjoni, izda ghandna nirrikonoxxu l-validità tal-esperjenza twila li jkollhom f’diversi oqsma.
L-anzjani ghandhom post principali fil-Partit Laburista fejn mhumiex trattati biss bhala numru. Tnejn u ghoxrin fil-mija tal-anzjani f’pajjizna jinsabu f’riskju ta’ faqar u ghalhekk jehtieg li jkun hemm tibdil fit-tfassil tal-politika fejn l-anzjani jkunu meqjusa bhala cittadini attivi li ghandhom potenzjal kbir biex jikkontribwixxu fis-socjetà, u ma jitqisux aktar bhala piz ghas-socjetà. Ghax jixirqilhom ferm ahjar minn hekk.

| < Prev | Next > |
|---|






