Bla dubju n-nuqqas ta’ erba’ plejers fit-tim ta’ Mqabba, u l-motivazzjoni tal-kowc il-gdid Patrick Curmi ghal Tarxien kienu l-punti ewlenin fir-rebha tar-Rainbows. Huma hargu aggressivi u veloci u anki ghatxana ghat-tliet punti li dan l-istagun haduhom darba wahda biss kontra Mosta. Rainbows skurjaw tliet darbiet u dahlu jistriehu b’moral gholi ferm.
Fit-tieni taqsima Mqabba hargu aktar determinati u taw aktar minn dak li kien mistenni minnhom.
Tarxien, ghalkemm irrilassaw xi ftit, baqghu tajbin izda anki rriskjaw f’diversi okkazjonijiet.
Mqabba setghu hadu xi haga minn din il-loghba kieku ma sabux lil gowler avversarju attent u kultant it-traskuragni min-naha taghhom.
Fis-sitt minuta, azzjoni veloci fejn Galvao qassam fil-baxx lil DANIEL BUENO li kien pront tefa’ baxx fix-xibka biex beda l-era ta’ Patrick Curmi b’gowl kmieni.
Fl-14-il minuta, korner ta’ Surguino, ballun kklerjat lura lejn Surguino, dan ikkrossja, ballun devjat lejn DANIEL BUENO li b’daqqa ta’ ras rdoppja.
Fis-16-il minuta, Tarxien kellhom zewg attakki ohra li fihom it-tnejn spikka l-gowler Calleja ta’ Mqabba bi blokk u save.
Fl-20 minuta, l-iskor jigi 3-0 wara korner ta’ Pulo, u daqqa ta’ ras ta’ OROSCO ANONAM.
Immedjatament wara fil-21 minuta freekick ta’ THIAGO MAZZITELLI jispicca fix-xibka ghal 3-1.
Fid-29 minuta azzjoni personali ta’ Muscat ghall-Imqabba li l-tentattiv tieghu ghadda ftit barra.
Fid-39 minuta, Bueno qassam lejn Galvao, daqqa ta’ ras ta’ dan tal-ahhar ghaddiet ftit gholi.
Sa tmiem it-taqsima l-partita kienet pjuttost bilancjata bi ftit attakki perikoluzi lejn il-lasti.
It-tieni taqsima bdiet b’gowl ghal Mqabba wara li Giglio ffawlja lil Briffa fil-kaxxa u mill-11-il metru THIAGO MAZITELLI ghamilhom 3-2.
Fil-61 minuta, kross ta’ Pulo, salva mal-art Calleja u fit-63 minuta l-istess Calleja hareg hazin, ballun ghand Galvao li qassam lejn Pulo li x-xutt tieghu nqala’ minn fuq linja minn Sammut.
Fis-77 minuta Mazitelli qassam lejn Muscat li wahdu quddiem il-gowler avversarju ma laqatx il-ballun biex tilef okkazjoni li jaghti punt lill-Imqabba.
TARXIEN R: Cassar, Sadowski (Sammut 55), Caruana (Vella 84), Pereira, Giglio, Galvao, Pulo (Carabott 72), Bueno, Anonam, Surguino, Grioli. KOWC: Patrick Curmi.
MQABBA: K Calleja, Grima, Briffa, Azzopardi, Mazitelli, C Calleja, Muscat, Bonnici, Sammut, Duca, Magro. KOWC: Clive Mizzi.
PLEJER TAL-LOGÓBA: Daniel Mariano Bueno Tarxien Rainbows.
REFEREE: Paul Caruana.
SKURJAW: Daniel Bueno (T) 6 u 14 min, Orosco Anonam (T) 20 min, Thiago Mazzitelli (M) 21 u 48 pen min.

| < Prev | Next > |
|---|






