Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Mhux difficli wisq ghal Qormi

E-mail Print PDF
Share

img_1967Qormi bdew ahjar u skurjaw kmieni. Din xi haga li taghmilha difficli ghal tim mill-ahhar tal-klassifika meta jkollu jithabat biexigib id-draw. Dan mela bil-kuragg lil Qriema li qabel tmiem l-ewwel taqsima ziedu gowl iehor.

Mosta batew bit-tkeccija xi ftit harxa ta’ Tisbi li kompliet xehtithom fl-inkwiet. Nistghu nghidu li t-tieni taqsima kompliet tkun dominata minn Qormi li fiha skurjaw darbtejn ohra. J Farrugia u Bartolo kienu kmandi ta’ nofs il-grawnd ghal Qriema. Id-difiza soda mmexxija minn Scicluna rari kienet impenjata serverament mill-Mostin.

Wiehed irid jammira l-kuragg li wrew il-Mostin fejn anki skurjaw gowl u lanqas b’10 plejers ma cedew. Finalment ir-rebha marret fejn kellha tmur b’Qormi jkomplu telghin fil-klassifika.

Il-partita bdiet letteralment b’gowl. Fil-hames minuta xutt minn angolu difficli ta’ Pereira, l-gowler Debono miss il-ballun, dahal bil-girja DANIEL NWOKE biex ittappja l-ballun ghal gewwa.

Fid-disa’ minuta korner ta’ Pereira, salva f’korner iehor il-gowler Debono. Fis-16-il minuta xutt ta’ Nello ghal Mosta jghaddi ftit gholi. Il-gowler Mosti Debono salva f’korner freekick ta’ J Farrugia fid-19-il minuta.

Fit-28 minuta girja mix-xellug ta’ Mvondo li dahal fil-kaxxa, evita zewg difensuri izda x-xutt fil-baxx tieghu mar barra fuq in-naha opposta tal-lasta.

Fit-33 minuta freekick ta’ J Farrugia lejn Pereira li x-xutt ta’ dan ghadda gholi.

Fis-36 minuta freekick ta’ Aboulezz ghal Mosta devjat mil-gowler mal-last u f’korner.

Fl-40 minuta freekick ghal Qormi barra l-kaxxa u t-tkeccija ta’ Tisbi wara li Pereira deher jaqa’, meta kien f’qaghda tajba. Il-protesti damu xi zewg minuti ghaddejjin mil-plejers tal-Mosta biex finalment fit-42 minuta JOSEPH FARRUGIA bi gmiel ta’ freekick irdoppja ghal Qormi.

Qormi bdew it-tieni taqsima b’gowl fid-49 minuta. Pass mill-aqwa ta’ Bartolo lejn BELLO OSAGIE li b’kalma kbira xehet baxx fir-rokna tax-xibka.

Fis-60 minuta l-istess BELLO OSAGIE ghamilhom 4-0 meta dahal bil-girja biex xellef bir-ras ghal gol-lasta korner ta’ Pereira li kien indirizzat lejn l-ewwel lasta.

Fit-73 minuta Mosta skurjaw il-gowl tal-bandiera. Is-sostitut Cini dahal fil-kaxxa ssikkat, ballun mar ghand MAKI MVONDO li qabbez minn fuq is-sostitut gowler Sultana biex ghamel l-iskor finali 4-1.

Minuta wara Mosta kellhom cans iehor meta Zammit kkrossja baxx lejn Mvondo li minn qaghda tajba xxuttja barra.

Fl-84 minuta Bartolo qassam lejn Pereira ghal Qormi u x-xutt ta’ dan kien salvat f’korner mil-gowler Debono.

QORMI: M Farrugia (Sultana 66), Chetcuti, Sammut (Wellman 53), Bartolo, J Farrugia (C Farrugia 62), Scicluna, Mirarchi, Bondin, Pereira, Osagie, Nwoke. KOWC: Stephen Azzopardi.

MOSTA: Debono, Borg, Martinelli, Tisbi, Agius (Farrugia 46), Bogdanovich, Grech, Nello (Cini 62), Aboulezz (Ossok 44), Zammit, Mvondo. KOWC: Oliver Spiteri.

REFEREE: Andrè Arciola.

PLEJER TAL-LOGÓBA: Joseph Farrugia Qormi.

SKURJAW: Daniel Nwoke (Q) 5 min, Joseph Farrugia (Q) 42 min, Bello Osagie (Q) 49 u 60 min, Maki Nvondo (M) 73 min.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata