Fil-Korp tal-Pulizija jezisti dipartiment, jekk trid issejjah-lu hekk, illi jgib l-isem ta’ “Strategy And Planning”, dipartiment illi suppost jiehu hsieb li strategija u l-ippjanar fi hdan il-korp tal-Pulzija taghna. Din hi xi haga f’waqtha immens, li kieku fil-verità jezistu xi forma ta’ strategija u ppjanar fil-Korp; izda dawn sfortunatament ma jezistux.
Tant dan hu minnu, illi z-cajta fi hdan il-korp hi:- li dan id-dipartiment imissu jissejjah “Tragedy and Mis-planning”, kif semmejt dan l-artiklu jiena, ghax b’hekk ikun aktar jirrefletti l-verità.
Ha naghmilha cara mill-bidu nett, illi ma rrid bl-ebda mod nattakka personalment lil xi hadd ghax tghidx kemm ikun hemm min jiehu ghalih, imma l-kritika fejn hi f’waqtha u bzonnjuza trid issir. Jekk ma naghmilx dan, inkun qed nonqos mid-dmirijiet tieghi, xi haga li qatt ma ghamilt.
Personalment, napprezza hafna x-xoghol li jaghmlu l-membri tal-Korp tal-Pulizija, aktar u aktar meta wiehed iqis f’liema kundizzjonijiet u b’liema mezzi jridu jahdmu. Fil-maggoranza assoluta tagh-hom huma nies dedikati, u aqta’ dawk il-ftit illi ma jaghmlux xogholhom, fatt li ssibu f’kull istituzzjoni, jaghmlu mill-ahjar li jistghu.
Hu fl-ippjanar u fil-management illi wiehed isib l-aktar problemi, xi haga li hi sintomatika tal-pajjiz kollu kemm hu, pajjiz illi thalla jiddekadi u jintelaq mill-Amministrazzjoni Nazzjon-alista.
Insemmi, per ezempju, in-nuqqas assolut ta’ management structure, fejn id-decizjonijiet jittiehdu f’hafna kazi, b’mod arbitrarju minn nies illi huma ’l boghod minn dawk illi l-aktar illi se jkunu milquta minn dawn l-istess decizjonijiet, u minghajr ma jigi ikkunsidrat kif se jintlaqtu dawk l-aktar involuti.
Il-qasma li tezisti bejn il-Pulizija tad-distretti u dawk illi jahdmu fil-Kwartieri Generali, u aktar u aktar ma’ ohrajn hekk meqjusa “privilegggjati” ta’ certu sezzjonijiet.
L-istat hazin ta’ hafna mill-vetturi ghad-dispozizzjoni tal-Korp, l-aktar dawk illi jintuzaw fid-distretti, illi f’hafna kazi ikunu ghaddew ghandhom meta ikunu xebghu jintuzaw minn haddiehor. Jezisti nuqqas b’mod generali ta’ investiment f’dak li hu apparat necessarju.
Fl-aspett uman imbaghad, issib il-fenomenu illi l-Korp qed jitlef uhud mill-ahjar elementi tieghu, fejn nies kapaci u intelligenti telqu mill-Korp ghax ma felhux jigu demotivati aktar. Ohrajn fil-lista lesti biex jitilqu mal-ewwel opportunità, bil-hasra tkun illi qed issehh brain drain mill-istess Korp, minghjar ma donnu hadd qed jinduna, jew forsi ahjar, minghajr ma hadd jaghti kas.
In-nuqqas ta’ tahrig illi hemm. Per ezempju, in-nuqqas ta’ tahrig ta’ whud min nies fit-taqsima tal-forensika, taqsima illi xebghet isservi ta’ Cinderella. Jekk wiehed ihares biss lejn il-vot finanzjarju tas-sena li ghaddiet ghal dak li hu tahrig, wiehed malajr jinduna x’sitwazzjoni tal-biki fil-fatt tezisti.
Xi nghidu imbaghad ghal prijoritajiet zbaljati illi jintuzaw. Ghal certu affarijiet insibu kemm irridu pulizija u nzarmaw sezzjonijiet kemm hemm bzonn. Ghal ohrajn ferm aktar importanti ma jinstabux nies. Mhux ta’ b’xejn illi kull meta issaqsi xi domanda parlamentari fuq staff, dejjem qed ninghataw l-istess risposta insolenti u pastaza ta’ “skont l-esigenzi tal-korp”. Ma gara xejn.
Biss l-akbar problema bla dubju hi d-demotivazzjoni li tezisti.
Demotivazzjoni li gejja minn diversi fatturi. Minn decizjonijiet hziena, minn nuqqas ta’ rispett, minn weghdi miksura bhalma kienet dik tal-hlas tal-overtime u tat-trade union, u minn diversi fatturi ohra.
Quddiem dan kollu, l-unika soljev li fadalhom whud fil-Korp jigi biss mill-motto tal-istess Korp Domine Dirige Nos u veru kaz, illi Alla hares li ma jkunx hekk.

| < Prev | Next > |
|---|






