Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Dejjem qrib il-Malti

E-mail Print PDF
Share

fNistqarr li nhossni kommoss ghall-poplu Libjan kollu li fl-ahhar wasal il-mument tant mixtieq ghalihom.

Nistqarr ukoll li fl-istess hin bhali, kien hemm min xtaq ukoll li l-istorja tispicca mod iehor, bl-eks mexxej Libjan jinghata smiegh xieraq, u jiehu dak li verament kien haqqu, minflok dak li sehh fuq il-hajja tieghu.

Issa ejja ha nharsu ’l quddiem trawma li ser tiehu snin u generazzjonijiet biex tintesa.

Il-poplu Libjan ghadda minn trawma.

Jixraqlu ferm ahjar u ahna li sibnihom fis-siegha tal-prova, irridu issa li huma isibu lilna.

Poplu li nghid b’wicci minn quddiem li dejjem kien wara l-poplu Malti.

Poplu biezel, habrieki, u determinat li dak li hu tieghu bi dritt jinghata lilu.

Poplu li gie kkalpestat minn burokrazija u politika mahmuga minghajr l-icken hjiel ta’ demokrazija.

Poplu li fis-skiet, matul dawn l-ghexieren ta’ snin taht it-tmexxijja tal-eks mexxej taghhom, bata atrocitajiet kbar, mohqrija, bata minn ingustizzji, inkisrulu d-drittijiet fundamentali tieghu ...u hadd ma’ kien jaf b’xejn.

Poplu li kien imbezza jlissen biss l-isem tal-eks mexxej tieghu, bil-linji telefonici ittappjati madwar il-pajjiz kollu, sabiex min biss jazzarda jlissen biss kelma wahda li ma taqbilx ghall-widnejn ta’ min kien qieghed imexxi b’ingustizzja dittatorjali, jinqabad u fuq gismu jsiru l-aghar attrocitajiet, li hadd qatt ma jista’ biss jimmagina. Poplu li telaq minn daru u armat sa snienu ggieled favur id-demokrazija, sabiex id-demokrazija tirrenja, u fil-pajjiz tinbet it-tama, il-kuragg u l-prosperità.

Poplu li ghalih, haj jew mejjet xorta wahda, mbasta li jara li fil-futur qrib, titnehha bandiera hadra minghajr l-icken simbolu fuqha, u minflok terga’ tibda tperper il-bandiera proprja Libjana.

Inqabbel ix-xejn li kien hemm fuq il-bandiera precedenti imposta fuq il-poplu Libjan mill-eks mexxej tagh-hom, bhala sinjal ta’ kemm il-poplu Libjan kien ifisser ix-xejn ghal eks mexxej taghhom.

Inqabbel ukoll ix-xejn fuq il-bandiera l-hadra bla simboli ta’ xejn, bhala l-bahh li kien jezisti fil-mohh ta’ bniedem li mistur go fih kien hemm dittatur kumpless, u li minn barra kien jurina mexxej dinamiku u li jhobb u jirrispetta lill-poplu tieghu.

Issa dan kollu spicca...u kull Libjan ghandu jhares ’il quddiem.

Kull Libjan ghandu issa jwarrab kull arma li kellu f’idu sabiex jiggieled ghad-demokrazija, u minflok ixammar il-kmiem sabiex jerga’ jibni mill-gdid pajjiz li jixraq lilu u lill-familtu.

Kull Libjan ghandu jkun kburi li grazzi ghalih, il-pajjiz ser ikollu tmexxija serja, nadifa, bid-demokrazija tkun parti mill-kostituzzjoni tal-pajjiz, u bid-drittijiet fundamentali tal-bniedem ikunu mharsa.

Mhux ser tkun facli li wara tmien xhur, fejn il-pajjiz letteralment tkisser u tfarrak, issa ser jergghu jingabru l-frak tieghu, sabiex flimkien bhala poplu jerga’ jibni l-pajjiz mill-gdid, izda bid-determinazzjoni, b’hidma maghquda bhala poplu wiehed, bl-ghajnuna nispera ta’ hafna pajjizi li jixtiequ verament il-gid lil dan il-pajjiz u lil dan il-poplu li kien imjassar, ikkalpestat, imfarrak u mkisser, flimkien nergghu naraw Libja maghquda, Libja kif nixtieqha jien ... tfur bit-tama, bil-kuragg, u mimlija opportunitajiet ta’ xoghol u nvestiment, ghax minn dan kollu, kulhadd jista’ jgawdi ... anke ahna l-Maltin u l-Ghawdxin.

Ghaldaqstant bl-akbar onestà, nawgura lill-poplu Libjan, futur sabih, sabiex dak li ghalih carcru demmhom hutna l-Libjani ghad-demokrazija vera isehh mill-aktar fis; sabiex nergghu flimkien nibnu relazzjonijiet kemm ta’ hbiberija issa fuq bazi aktar soda, kif ukoll relazzjonijiet ghal opportunitajiet kemm ghal dawk il-Libjani li jridu jinvestu f’pajjizna, kif ukoll ghalina l-Maltin u l-Ghawdxin li nixtiequ ninvestu f’pajjiz mimli opportunitajiet tad-deheb.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata