Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx

E-mail Print PDF
Share

672009123921frank_portelliX’affarijiet dawn?!

Ezatt kif spiccat il-votazzjoni fil-Parlament fuq il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni dwar il-fjask tat-trasport pubbliku nhar il-Gimgha, fil-bulettin tas-sur Natalin, kien hemm newscaster eks NET TV qieghed jintervista lil Frank Portelli u hadd li hu hadd mill-Oppozizzjoni, avolja l-mozzjoni nnifisha giet imressqa mill-istess Oppozizzjoni.

Issa dan Frank Portelli mhuwiex xi deputat li ghandu xi esperjenza vasta fil-hajja parlamentari, ghax jekk minhiex sejjer zball gie elett biss darba fil-Parlament. Terga’ u tghid dan lanqas m’huwa xi espert fil-Kostituzzjoni jew fil-procedura parlamentari. Madankollu Frank Portelli gie mistieden wahdu biex fil-bulettin tal-ahbarijiet tal-PBS jinterpreta ir-rizultat tal-votazzjoni ta’ nhar il-Gimgha. Naturalment xoghol Frank Portelli kien li jipprova kemm jista’ jkun jimminimizza d-dannu politiku ghall-PN li hareg mill-vot ta’ nhar il-Gimgha. Flok ma qal illi l-Prim Ministru Gonzi hareg imcaqqam u skussjat wahda u sew minn dan il-vot, skont Frank Portelli dan il-vot kien eye-opener ghall-PN.

Let’s be frank

Ikolli nistqarr li tokorni mhux ftit ghajnejja meta nara lil Frank Portelli jippoza tal-espert fuq it-televizjoni, iktar u iktar meta dan joqghod jimmoralizza. ‘Il ghaliex fil-vesti professjonali tieghu, meta kien imexxi l-isptar St. Philips sakemm ghalaq, dan spicca gidem bosta impjegati u konsulenti ta’ dan l-isptar meta hallashomx tax-xoghol taghhom. Filwaqt li Frank Portelli f’isem l-isptar St. Philips thallas minn ghand il-klijenti tas-servizzi u tal-operazzjonijiet li nghatawlhom, l-impjegati u l-konsulenti li taw is-servizzi taghhom lill-pazjenti tal-istess sptar, thallew isaffru.

Austin Bencini

Fix-Xarabank ta’ nhar il-Gimgha, li ghall-erwieh ma regax kien fuq Giga, rajna lil Austin Bencini jaghmilha tal-espert fuq il-Kostituzzjoni, u jitkellem b’awtorità qiesu xi oraklu minn fuq sufan abjad, appartat mill-bqija tal-panel.

Xi ilsna hziena qalu li dan Austin Bencini jridha tal-espert dwar il-Kostituzzjoni meta dan qatt m’ghamel kawza kostituzzjonali wahda li wahda u bil-kemm jaf fejn tigi l-Qorti Kostituzzjonali, ghax fil-fatt xoghol il-Qorti ma jaghmilx bhala avukat. U fl-istess hin dan lanqas ma jista’ jghid li specjalizza fl-istudji tieghu b’xi Masters jew PhD fl-istudji kostituzzjonali.

Lou in the Loo

pboFl-ahhar edizzjoni ta’ Bondiplus fuq il-Peppi Bondi Station (PBS), Lou in the Loo Bondi nsinwa jekk setax kien hemm John Dalli wara l-azzjoni ta’ Franco Debono.

 

Insinwazzjoni li l-Kummissarju Dalli kkontesta bil-qawwa kollha, tant li ghamel ilment formali mal-Awtorità tax-Xandir dwar dan, fejn sejjahlu “persuna inkorregibbli li jahseb li ma jista’ ghalih hadd”. Imma ghall-mument erhina minn dakollu. Fil-programm Inkontri ta’ xi tliet gimghat ilu fejn kien deher Peppi l-Coach, dan tghidx xi plejtu kien ghamel ghax kien isemma Lou in the Loo Bondi, u dan ma kienx fl-istudio biex jirrispondi. Peppi l-Coach kien insista fuq li insista biex icemplu lil Lou Bondi ghar-reazzjoni tieghu.

Issa meta Bondi nhar il-Hamis semma fil-bata lil Dalli, safejn naf jien ma saret l-ebda telefonata lil Dalli ghall-kummenti tieghu u Dalli kellu jwiegeb billi jaghmel rapport formali lill-Awtorità tax-Xandir fejn sostna li “Bondi juza hin prime time biex imexxi l-agendi tieghu, jippromwovi jew jipprova jkisser lil min jaghzel hu, kif jaghzel hu u meta jaghzel hu”.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata