Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Prim Ministru li mess il-qiegh u qed jitkaxkar

E-mail Print PDF
Share

Din il-gimgha Lawrence Gonzi mess il-qiegh u tkaxkar mieghu u salva bil-casting vote tal-Ispeaker. Wera li lest li anki jitlef kull sens ta’ dinjità mbasta jibqa’ mwahhal mas-siggu tal-poter akkost ta’ kollox. Ghamel minn kollox biex il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni dwar il-fjask fit-trasport pubbliku ma tghaddix ghall-vot.

Gonzi rrikorra wkoll ghas-soltu maniggi ta’ emendi u kontro-mozzjonijiet biex skont hu jaghmel il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni aktar “pozittiva”. Sahanistra offra lill-Oppozizzjoni li jsir kumitat tal-Kamra, dwar it-trasport pubbliku mbasta l-mozzjoni ma tghaddix ghall-vot. Bhal dak li qallu t-tbatijiet u l-inkonvenjenzi li ghaddew minnhom eluf ta’ persuni ssolviehom bil-kumitati u bil-loghob bil-kliem u billi ma tressaqx il-mozzjoni ghal vot.

Terga’ u tghid, Gonzi pprova jdawwar il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni li titlob li l-Ministru Austin Gatt jinzamm politikament responsabbli ghall-fjask tal-hekk imsejha riforma fit-trasport pubbliku, fi kwistoni ta’ responsabbiltà kollettiva tal-Kabinett kollu kemm hu, bit-tama li Franco Debono jirrealizza x’effett grawi seta’ jkollha l-astensjoni tieghu fuq l-istabbiltà tal-Gvern, u jdawwar ir-rotta fl-ahhar minuta.

B’dawn l-ahhar zviluppi fix-xena politika, Lawrence Gonzi mhux biss wera kemm ma kienx kapaci jzomm serenità fi hdan il-Grupp Parlamentari tieghu, imma wera wkoll sens qawwi ta’ dghufija biex jasserixxi l-awtorità tieghu ta’ Prim Ministru u ma kienx kapaci jikkmanda rispett lejn l-awtorità tal-kariga tieghu.

Lawrence Gonzi haseb illi seta’ facilment jghaddieha lixxa mill-fjask li Austin Gatt u Transport Malta gabu fit-trasport pubbliku ta’ pajjizna, billi tard fil-gurnata jammettu l-izbalji li ghamlu u jitolbu skuza lill-poplu Malti.

Imma x’sens jaghmel li titlob skuza jekk imbaghad flok ihallas min kien responsabbli ghal dawn l-izbalji, jigi mgieghel ihallas min kien il-vittma ta’ dawn l-izbalji?

Kienu zbalji li swew mijiet ta’ eluf ta’ ewro li ntefqu addocc f’konsulenzi, kum-pens li kellu jithallas ghal farsa ta’ Triq Bisazza u kumpens iehor li kellu jithallas ta’ kull darba li gew mibdula r-rotot.

Imma Lawrence Gonzi li jinteressah huwa li jibqa’ mwahhal mal-poter, mhux li flus il-poplu jintefqu kif ghandu jkun u li meta jkun hemm tberbiq fil-vojt, tittiehed azzjoni biex il-poplu Malti jigbor flusu lura.

Minn dak li sehh f’din il-gimgha fix-xena politika lokali Lawrence Gonzi johrog aktar u aktar imbengel, kemm ghax ipprova jakkomoda lil Franco Debono u ma rnexxilux u anke ghax spicca qisu prigunier ta’ Austin Gatt u tal-fjaski tieghu.

Flok accetta r-rizenja ta’ Gatt u pprova jillimita d-danni b’dan il-mod, spicca jiddefendi b’kull mezz lil Austin Gatt u minn kwistjoni li essenzjalment kienet ta’ responsabbiltà ministerjali, irrendieha f’wahda ta’ fiducja fil-gvern u ta’ responsabbiltà kollettiva.

Bl-iskuza tar-responsabbiltà kollevttiva li l-Kabinett kien approva r-rotot il-godda, anki jekk difficli wiehed jimma-gina li l-Kabinett suppost li ghandu aktar x’jaghmel milli joqghod jifli d-dettalji ta’ kull rotta, Gonzi ppermetta lil Austin Gatt jizgicca mir-responsabbiltà ministerjali ndividwali ghal dak li gara, tant hu hekk li ma accettax ir-rizenja tieghu.

Austin Gatt ma accettax ir-rizenja ta’ Manwel Delia. Lawrence Gonzi ma accettax ir-rizenja ta’ Austin Gatt u l-farsa tkompli, rizenji finta u kulhadd attaparsi kollettivament responsabbli ghal dak illi gara biex hadd ma jinzamm individwalment responsabbli.

Lawrence Gonzi tilef kull sens ta’ dinjità u rispett, tant li m’huwa jiddejjaq xejn li jipprostra ruhu u jitghawweg fuq dahru, u jilghaq it-trab tal-art imbasta kull filghodu jitla’ t-tarag ta’ Kastilja.

Ghal certu tip ta’ propaganda li tinzel fil-livelli l-aktar baxxi biex taghmel l-assassinju tal-karattru tal-avversarji u li ma taf ebda limiti, Lawrence Gonzi sar dipendenti fuq certi pesunaggi notorji bhal Daphne Caruana Galiza li ricentament qed taghmel kampanja sistematika kontra deputat Nazzjonalista partikolari li dan ghandu problemi ta’ sahha mentali u li dan jehtieg il-kura Monte Carmeli.

Il-Prim Ministru tilef ghal kollox l-axxendent morali li seta’ kellu meta mhuwiex f’pozizzjoni li jiddisassocja ruhu minn dan it-tip ta’ hmieg, ghax sar dipendenti fuq Caruana Galiza u anke fuq Lou Bondi ghal hafna mill-propaganda Nazzjonalista.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata