Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tmexxija stabbli

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoPajjizna jehtieg li jkollu gvern stabbli. Ma nistghux nimxu ’l quddiem jekk min qed imexxi ma jistax joffri l-istabbilità fit-tmexxija tal-pajjiz. Jekk min qed imexxi huwa mahkum minn nuqqas ta’ fiducja, ma jistax joffri t-triq ’l quddiem, ma jistax jindirizza l-isfidi li qed jiffaccja u li se jiffaccja pajjizna.

Il-poplu Malti u Ghawdxi jehtieg tmexxija li tpoggi l-htigijiet u l-interessi tal-familji Maltin u Ghawdxin fil-prioritajiet taghha. Tehtieg tmexxija li taghmel l-ghazliet skont prioritajiet tajba li jkun maghzula bil-ghaqal.

Izda min ikun mitluf jindirizza krizi interna wara ohra, ma jistax ikun iffukat fuq dak li huwa l-aktar importanti ghall-familji.

Wara s-seduta ta’ nhar il-Gimgha, hareg aktar fil-berah kemm pajjizna jehtieg li jinghata direzzjoni gdida.

Jidher car li min qed imexxi llum huwa aktar hsiebu kif se jzomm f’idu il-poter ghall-iskop li jibqa’ fil-poter. Min qed imexxi qed jinsa li l-iskop ghalfejn min qed imexxi ikollu f’idejh il-poter.

Il-poter ghandu jkun ghodda f’idejn min imexxi biex jilhaq il-miri li jkun fassal. Miri li ghandhom ikunu maghzula bil-ghaqal skond prioritajiet tajbin.

Il-poter m’huwiex ghan fih innifsu imma mezz ghal ghanijiet.

Nhar il-Gimgha mill-gdid, il-Parlament iddiskuta mozzjoni imressqa mill-Oppozizzjoni Laburista li tellghet fl-agenda tal-Parlament dak li qed ihoss il-poplu. Mozzjoni li tat l-opportunità li fl-oghla istituzzjonijiet jigu diskussi n-nuqqasijiet kbar li jezistu fis-sistema tat-trasport pubbliku, id-diffikultajiet li qed jiffaccja l-poplu meta qed jaghmel uzu minn dan is-servizz u r-responsabbiltà ta’ min nefaq tant ammonti kbar ta’ flejjes biex fassal sistema tat-trasport li ma hadmitx.

Id-deputati fuq in-naha tal-Partit Laburista tkellmu dwar dak li qed jiffaccja l-poplu. Poggew fuq quddiem fl-agenda il-htigijiet tal-familji, in-nuqqasijiet gravi li gabet maghha r-riforma li giet imfassla hazin.

Kienet riforma segwita b’diversi tibdiliet fir-riforma, izda min thallas bil-goff biex fassal ir-riforma, baqa’ kuntent b’li ha u l-poplu m’ghandux servizz li jixraqlu.

Din ir-riforma uriet bic-car, li min qed jippjana, mhux qed jippjana tajjeb. Dan huwa ezempju fost diversi istanzi fejn kien hemm nuqqas ta’ ghaqal fl-ghazliet li saru u l-mod kif tmexxew l-affarijiet.

Ta’ min wiehed isemmi l-ghazliet ricenti li saru minghajr ghaqal fosthom l-ghazla li jintuza heavy fuel oil minflok fuel li jniggez inqas, l-ghazla li bicca art kbira tithalla f’idejn min akkwista l-Maltacom u maghha bicca art kbira ta’ valur kbira, fl-ghazliet li jsir infiq f’bini ta’ parlament bi spiza ta’ miljuni ta’ ewro li setghu jigu uzati fi progetti li joholqu x-xoghol.

Dawn huma uhud mill-ezempji li jixhdu kemm min qed imexxi m’huwiex jaghmel l-ahjar ghazliet possibbli.

Mhux qed imexxi bi prioritajiet tajba. Qed jaghmel ghazliet li l-poplu se jhallas qares ghalihom.

Imma l-aktar fattur li hareg b’mod qawwi nhar il-Gimgha huwa li l-gvern ma jistax joffri l-istabbiltà li jehtieg dan il-pajjiz. Huwa gvern li qed ikollu jirrikorri ghal mozzjoni ta’ fiducja u jistaqsi lill-Kamra tad-Deputati jekk jistax ikompli jiggverna.

Biex pajjizna jimxi ‘l quddiem hemm bzonn li tmexxija ghaqlija u toffri stabbilità.

L-istabbilità ma sehhx billi Prim Ministru imur ghal voti ta’ fiducja u li jghix minn krizi sa krizi ohra.

M’hemmx stabbilità meta l-affariijiet jimxu ghaliex issir pressjoni fuq deputati biex jimxu mal-linja. Il-poplu jemmen li ghandu gvern li joffri l-istabbilità meta jkun hemm gvern li ghandu il-prioritajiet imfassla fuq l-interessi tal-familji, gvern li jaghmel l-ahjar ghazliet, gvern li juri bil-fatti li jista’ joffri tmexxija bil-ghaqal.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata