Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Evidenti

E-mail Print PDF
Share

toni_abela_pixJohn E. Denison kien Speaker tal-House Of Commons fis-seklu dsatax. Meta dan l-Ispeaker kellu juza l-vot deciziv tieghu fil-Parlament Ingliz, bhalma kellu jaghmel Michael Frendo din il-gimgha fil-Parlament, stabbilixxa regola. F’kaz bhal dan, meta d-diskussjoni ma tkunx ghadha possibbli, bilfors irid jivvota favur il-Gvern.

Meta dan John iddecieda hekk, ftit li xejn kien ghaddielu minn mohhu, li d-decizjoni li ha, kienet ser tkun ta’ influwenza ghal snin twal wara fuq hafna Parlamenti madwar id-dinja. Wiehed mill-Parlamenti li jimxi b’ghajnejh maghluqa fuq din ir-regola huwa dak Malti.

Franco Debono ghamilha cara mill-bidu nett li kien ser jastjeni fuq il-vot li ittiehed dwar il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni biex Austin Gatt jirrizenja minhabba l-froga tat-trasport pubbliku. Kien evidenti li l-bqija tal-Parlamentari Nazzjonalisti kienu ser jivvotaw kontra. Kien evidenti li l-vot kien ser jigi 34 b’34. Kien evidenti li l-Ispeaker ser juza l-casting vote. Kien evidenti li bil-vot tieghu l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni mhux ser tghaddi.

Ghalhekk kollox kien farsa u finta mill-bidu sal-ahhr meta Austin halef li jekk il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni tghaddi huwa jirrezenja. Kien car u anticipabbli x’ser ikun il-vot tal-Ispeaker. Pubblikament Austin ma rabatx ir-rizenja tieghu anke f’kaz li l-Ispeaker jivvota kontra l-mozzjoni, ghalkemm gie kemm-il darba rapportat li bnadi ohra hekk qal.

Mill-bidu sal-ahhar, il-Prim Ministru u Austin Gatt dahku bil-poplu, meta baqghu jilaghbu sal-ahhar u joholqu tensjoni ghal xejn bl-emozzjoni ta’ kulhadd. Tlett ezekuttivi nazzjonali wara xulxin. Opinjonisti jiddibattu principji Kostituzzjonali.

Programmi televizivi b’agenda cara kontra kull min hu kontra l-Gvern. Programmi li regghu holmu b’John Dalli tant li kellu jaghmel rapport lill-Awtorità Tax-Xandir. Kompla kiber l-imbarrazzzament ghal pajjizna ghax il-kaz ta’ John Dalli wasal sa quddiem il-Kummissjoni Ewropea.

Dan kollu ghaliex? Ghal rizultat li kien maghruf minn qabel x’ser ikun. Tant huwa minnu dan, li Austin Gatt kwazi hareg fuq l-ispallejn mill-canvassers tieghu, bhallikieku ghamel xi bravura li baqa’ fejn hu wara l-frejjeg kollha li ghamel. Wara “r-rebha” li ghamel, il-kanvassers tieghu kienu barra jistennewh ikantaw “Nazzjonlisti! Nazzjonalisti!”.

Izda mhux hekk biss. Óareg fatt importanti hafna. Bl-akbar nuqqas ta’ misthija, il-Prim Ministru zvela li fit-3 ta’ Ottubru Austin Gatt offrilu r-rizenja tieghu u ma accettahilux. Dan svelah xahar wara l-avveniment! Flok ghamel dak li kienet titlob id-dicenza poltika u gharaf lill-pubbliku b’dak li gara dakinhar, zamm din l-informazzjoni tant importanti fil-kexxun ghal xahar shih.

Kwistjoni ta’ interess pubbliku daqstant importanti zamma ghalih u ghamel uzu minnha meta qabel ilu. Jigifieri li kieku ma kellux bzonn juaha, il-poplu kollu kien jibqa’ fl-ghama li dwar dak li kien gara. Jekk mhux manipulazzjon politika din allura ma nafx x’inhi.

Issa l-Prim Ministru ser irressaq mozzjoni ta’ fiducja fil-Gvern. Jaghmel minn kolox biex flok jammetti falliment totali, jara kif jaghmel biex iwehhel il-puntali jew xi pastaz mas-saqaf biex ma jisfrondax. Kulma hu ser jaghmel b’din il-mozzjoni hu, li jammetti li mhux cert mill-istabbiltà politika li suppost ghandu.

Li jaghti passata zebgha biex jghatti u jahbi l-konsenturi li hemm fil-hajt. Hu evidenti x’ser jigri.

Ma nistax nemmen li n-nies mhux qeghdin jilmhu l-politika finta tal-Prim Ministru! Tant hija evidenti.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata