Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Floriana jiksbu draw drammatiku fl-ahhar

E-mail Print PDF
Share

img_2023Partita li ma lahqitx l-aspettattiva miz-zewg timijiet, wiehed li kien quddiem nett tal-klassifika u l-iehor fit-tielet post. Cansijiet ftit li xejn inholqu bl-attakkanti jintfew kwazi ghal kollox minhabba nuqqas kbir ta’ passes tajba.

 

Ghalkemm zbalja penalty, Dos Santos xorta ntaghzel bhala l-ahjar plejer ghax kien hu li gab il-penalty u wkoll skorja l-gowl tal-Hibs.

 

Partita li fiha ftit rajna loghob sabih, wisq inqas plejers jibbrillaw. Ghamilna hafna hin nistennew xi azzjoni peri-koluza li ftit kien hemm minnhom, izda l-loghba kellha tmiem drammatiku ghaliex ftit qabel l-ahhar suffara Grabowski kiseb id-draw ghal Floriana li hargu mill-grawnd fost il-ferh tal-partitarji.

Il-partita bdiet bi zball tad-difiza Furjaniza, approfitta Grabowski, izda hareg il-gowler Borg u mblokka, bil-ballun jerga’ ghand Grabowski u minn angolu difficli xxuttja barra.

Fis-17-il minuta, pass ta’ Woods lejn Pesanha li kien pront ixxuttja u laqat ix-xibka mil-genb.

Fit-22 minuta, freekick ta’ Failla li habat mal-mimduda, izda l-azzjoni twaqqfet min-habba offside.

Fit-32 minuta, pass ta’ Cohen lejn Dos Santos li gera lejn il-kaxxa u fajjar xutt li habat mal-mimduda, hareg lura fil-grawnd u kien ikklerjat.

Fl-40 minuta, korner insidjuz ta’ Failla, bil-gowler jippancja f’korner iehor.

Fit-42 minuta, Cohen qassam lejn Dos Santos, li dahal fil-kaxxa u twaqqa’ minn Doffo u mill-penalty Dos Santos ra x-xutt centrali tieghu salvat mill-gowler Borg.

Fil-45 minuta, Camilleri qassam lejn LUIS DOS SANTOS, li din id-darba b’xutt b’sahhtu ma falliex biex baghat lill-Hibs jistriehu fil-vantagg.

It-tieni taqsima Floriana bdewha ahjar. Fis-47 minuta, azzjoni personali ta’ Joseph Borg, meta qabez difensur, ixxuttja baxx u centrali u l-gowler Muscat salva.

Fit-72 minuta, xutt mill-boghod ta’ C Borg ghadda ftit gholi.

Fis-77 minuta, tkecca l-kowc Michael Woods ta’ Floriana wara klaxx ma’ plejer tal-Hibs ghax mar ghal ballun.

Fit-83 minuta freekick ta’ Failla kklerjat f’korner minn Xuereb u minuta wara Cohen qassam lejn Dos Santos li mill-qrib tefa’ gholi.

Fit-93 minuta LUCAS GRAB-OWSKI dahal veloci fil-kaxxa u kif ra lill-gowler Muscat hiereg, xehet baxx fix-xibka biex kiseb id-draw ghal Floriana b’mod drammatiku peress li wasal mal-ahhar suffara tar-referee.

HIBS: Muscat, Camilleri, Xuereb, Soares, Herrera (Anizoba 65), Balbinot, Failla, Christensen (Caruana 62), Cohen (Pisani 90), Dias, Dos Santos. Kowc: Mark Miller.

FLORIANA: Jurgen Borg, Pisani, Micallef, Doffo, Bugeja, Woods (Joseph Borg 25), Grabowski, Pesanha, Cassar (Mintoff 46), Paris (Darmanin 69), C Borg. Kowc: Michael Woods.

REFEREE: Chris Lautier.

PLEJER TAL-LOGHBA: Luis dos Santos Hibernians.

SKURJAW: Luis dos Santos (H) 45 min, Lucas Grabowski (F) 93 min.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata