Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

M’Xlokk jirbhu minkejja l-problemi

E-mail Print PDF
Shareimg_2202Kontra kull previzjoni, M’Xlokk hargu ghal din il-loghba trankwilli. Fl-ewwel taqsima gabu fix-xejn lil Hamrun b’certa facilità. Ix-Xlukkajri kienu mmexxija fil-grawnd min-Nigerjan Obinna Obiefule li ghalih Hamrun ma kellhomx risposta. Huma skurjaw erba’ darbiet, tlieta minnhom minn Obiefule.

Hamrun kienu qishom bla hajja u mil-lat kumbattiv kienu inezistenti.

M’Xlokk immexxija minn fuq il-bank mil-plejer Licari li beda jaghti struzzjonijiet b’mod eccellenti.

Hamrun urew titjib fit-tieni taqsima u skurjaw darbtejn ohra, izda li ggib hames gowls kien difficli u dan l-iSpartans m’ghamluhx biex ix-Xlukkajri marru bit-tliet punti lejn ix-Xatt.

Fil-11-il minuta pass ta’ Deanov lejn Obiefule li x-xutt ta’ dan salvah il-gowler Cassar. Minuta wara, risposta tal-Hamrun u xutt angolat ta’ Shields mal-art salvat mil-gowler Gauci, ballun lura ghand Shields li rega’ xxuttja u l-gowler rega’ salva.

Fit-18-il minuta minn azzj-oni personali ta’ OBINNA OBIEFIULE, jinfetah l-iskor b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa min-naha opposta.

Fit-23 minuta, freekick ta’ Grima ghal Hamrun jghaddi ftit barra.

Fit-30 minuta, Obiefule qab-ez zewg plejers u xxuttja minn barra l-kaxxa bil-gowler isalva f’korner.

Fil-31 minuta OBINNA OBIEFULE jirdoppja b’daqqa ta’ ras minn korner ta’ Deanov.

Fit-33 minuta penalty ghal M’Xlokk meta Grima waqqa’ lil Obiefule u mill-11-il metru l-istess OBINNA OBIEFULE ghaqqad il-hat-trick.

Fl-44 minuta, minn azzjoni personali ta’ CARLOS CAMPAGNOLI l-iskor sar 4-0 wara li dan il-plejer qabez zewg difensuri u xxuttja baxx fil-lasta biex gheleb lil Cassar fil-lasta tal-Hamrun.

Fis-46 minuta, freekick ta’ MASSIMO GRIMA ghal Hamrun spicca fl-angolu tal-lasta ghal 4-1.

Hamrun bdew mill-ewwel ahjar fit-tieni taqsima u fit-53 minuta, xutt ta’ Grima jsalva l-gowler Gauci f’korner.

Fil-55 minuta wegga’ r-referee Clayton Pisani u minfloku dahal ir-raba’ ufficjal Mario Apap.

Fil-65 minuta, xutt ta’ Shields li l-gowler Gauci salva.

Fil-71 minuta, girja mil-lemin ta’ Obiefule u xutt li l-gowler Cassar salva.

Fit-72 minuta, M’Xlokk jiskurjaw il-hames gowl minn EMILIANO LATTES meta dahal mil-lemin u b’xutt fil-baxx u b’sahhtu gheleb lil Gauci.

Fit-73 minuta, xutt ta’ Grima habat mal-lasta, biex minuta wara Shields qassam lejn Spiteri li x-xutt b’sahhtu tieghu kien salvat minn Gauci

Fis-77 minuta, xutt b’sahhtu ta’ Lattes kien salvat minn Cassar f’korner u fl-84 minuta l-iskor sar 5-2 meta minn azzjoni personali ta’ DEAN SHIELDS ghal Hamrun, dar ma’ plejer u bi precizjoni tefa’ fir-rokna tax-xibka.

 

M’XLOKK: Gauci, Scerri, Mamo, Brincat, Caruana, Eboh (Farrugia 75), Campagnoli, Lattes (Licari 89), Deanov, Valerjani, Obiefule. MANIGER; Andy Caruana.

HAM S: Cassar, Gacesa, Zerafa (Spiteri 46), Grima, Ribeiro (Porcari 76), Sammut, Gauci (Agius 76) Polli, Camilleri, Galabretti, Shields.

KOWC: Jesmond Zammit.

REFEREE: Clayton Pisani

PLEJER TAL-LOGHBA: Obinna Obiefule Marsaxlokk.

SKURJAW: Obinna Obiefule (M) 18, 31 u 33 pen min, Carlos Campagnoli (M) 44 min, Massimo Grima (H) 46 u 86 min, Emiliano Lattes (M) 72 min, Dean Shields (H) 84 min.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata