Fi zmien il-Kavallieri, Ghawdex kellu l-qorti tieghu ta’ gurisdizzjoni superjuri ippresjeduta minn imhallfin. Fil-bidu tal-era Ngliza, Sir Thomas Maitland iddecieda li jkun bizzejjed ghal din il-gzira li jkollha qorti ppresjeduta minn Magistrati li jaghmluha wkoll ta’ imhallfin.
B’konsegwenza ta’ dan, din il-qorti spiccat bhal speci ta’ inkubatur fejn magistrati godda kienu jigu mharrga fil-ligi civili sabiex imbaghad jilhqu mhallfin f’Malta. L-aqwa mhallfin li qatt kellha Malta tharrgu bhala magistrati f’Ghawdex, fejn kien hemm u ghad hemm tradizzjoni civil-ista qawwija.
L-appelli kriminali kienu jsiru Malta. Kien hemm certi appelli nferjuri minn kawzi civili li kienu jinstemghu f’Ghawdex bi tlett magistrati li naturalment kienet ta’ nkonvenjent kbir.
Dan kollu nbidel fuq inizjattiva tieghi meta kont Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex matul l-amministrazzjoni qasira ta’ Gvern Laburista tal-1996-1998 meta saru emendi b’mod li l-appelli kriminali mill-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) fil-kompetenza taghha kriminali bdew jinstemghu f’Ghawdex.
F’dawn l-ahhar snin dawn kienu ppresjeduti mill-Prim Imhallef innifsu. Ghal dawk li huma appelli civili inferjuri, dawn ukoll bdew jinstemghu f’Ghawdex minn imhallef li jigi apposta minn Malta.
L-appelli superjuri ghadhom jinstemghu f’Malta u jingabru nhar ta’ Tnejn.
Billi l-Qorti t’Ghawdex, ghalkemm ghandha kompetenza kemm inferjuri kif ukoll superjuri, hija qorti inferjuri, hija m’ghandhiex is-setghat kollha tal-Prim’Awla. B’mod partikolari m’ghandhiex il-kompetenza tisma’ u taqta’ kwistjonijiet ta’ natura kostituzzjonali. Meta kwistjonijiet simili jinqalghu quddiemha, tkun trid issir riferenza ghall-Prim’Awla u cjoè quddiem il-Qorti f’Malta.
X’jinhtieg li jsir mil-lat amministrattiv
Ghandha tigi ntrodotta sistema li permezz taghha atti gudizzjarji li jkunu jinhtiegu li jigu ntrodotti fir-Registru tal-Qorti fil-Belt Valletta jkunu jistghu jigu pprezentati fir-Registru tal-Qorti f’Ghawdex u vici-versa. Dan jevita hafna nkonvenjent u skarigg bejn gzira u ohra ghal persuna residenti f’Ghawdex li tkun trid, per ezempju, tipprezenta rikors tal-appell quddiem il-Qorti tal-Appell (sede superjuri civili) f’Malta.
Jew ghal persuna residenti f’Malta li tkun trid tiftah kawza f’Ghawdex, u, wara li tkun fethitha, tkun tinhtiegilha tipprezenta rikors, tahrik ta’ xhud, jew nota ta’ sottomissjonijiet. U vici-versa, ghal persuna residenti f’Ghawdex. Din is-sistema digà tezisti fil-kaz ta’ Appelli Civili Inferjuri li jinstemghu fi gzira differenti.
Xhud li joqghod f’Malta ghandu jkollu l-facilità li jaghti x-xhieda tieghu permezz tal-video conferencing jew sistema simili li hija possibbli permezz tat-teknologija kontemporanja, u li qieghdha tintuza biex tinstema’ xhieda minn pajjizi barranin. Ghaliex tista’ tigi addottata sistema bhal din ghal xhud li qieghed fl-Awstralja jew l-Istati Uniti tal-Amerika, izda mhux ghal xhud residenti f’Malta li jrid jixhed quddiem il-Qorti t’Ghawdex, u vici-versa?
Id-deposizzjoni tista’ tin-ghata quddiem Assistent Gudizzjarju. Sistema bhal din tevita hafna hela ta’ hin u spejjez ghax-xhieda anke meta dawn ikunu impjegati ta’ xi dipartiment tal-gvern.
Mil-lat ta’ organi gudizzjarji
Ghawdex bhala gzira-regjun, li lilha jridu jigu devoluti iktar setghat, ikun xieraq jekk ikun hemm Qorti Superjuri, bi Prim’Awla l-istess bhal Malta.
Issa, filwaqt li l-Artiklu 95(1) tal-Kostituzzjoni jistipula li ghandu jkun hemm dawk il-Qrati Superjuri li jkollhom dawk is-setghat u gurisdizzjoni kif jista’ jigi stabbilit minn kwalunkwe ligi in forza minn zmien ghal zmien, u allura tista’ titwaqqaf Qorti Regjonali ghal Ghawdex b’gurisdizzjoni superjuri f’Ghawdex, min-naha l-ohra qorti bhal din ma jkunx jista’ jkollha gurisdizzjoni kostituzzjonali billi skont l-Artiklu 46 tal-istess Kostituzzjoni, il-Qorti Civili, Prim’Awla ghand-ha gurisdizzjoni esklussiva f’dan ir-rigward.
Skont Artiklu 66 tal-Kost-ituzzjoni, Artiklu 46 jista’ jigi mibdul biss b’zewg terzi tal-membri parlamentari. Dan ifisser li biex issir Qorti Regjonali ghal Ghawdex bil-poteri tal-Prim’Awla, tkun trid tinbidel il-Kostituzzjoni.
Ghalhekk biex jigi evitat dan, l-ehfef haga tkun li tigi abolita l-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) u jkun hemm biss il-Qorti Civili Prim’Awla b’gurisdizzjoni superjuri kif ukoll Qorti tal-Magistrati kemm ghal Malta kif ukoll ghal Ghawdex. Dan jista’ jsir permezz ta’ semplici emenda fil-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili.
Billi jkun hemm qorti wahda, kemm ghal Malta kif ukoll ghal Ghawdex, kawza tigi mismugha fejn ikun l-iktar konvenjenti u tkun tista’ tigi trasferita minn gzira ghall-ohra skont il-konvenjenza, minghajr spejjez ghal min ikun fetah il-kawza.
Illum il-pozizzjoni hi li jekk tinfetah kawza fil-qorti zbaljata, trid iccedi l-kawza, thallas l-ispejjez u tiftah ohra. Digà qieghed isir hekk fil-kaz tat-Tribunal Ghal Talbiet zghar li huwa wiehed kemm ghal Malta kif ukoll ghal Ghawdex.
Alternattivament tinholoq il-Qorti Regjonali t’Ghawdex li jkollha gurisdizzjoni superjuri ugwali ghall-Prim’Awla ppre-sjeduta minn imhallef u gurisdizzjoni inferjuri ppresjeduta minn magistrat. Din l-ahhar option ghalkemm kif spjegat aktar ‘il fuq tkun tinhtieg bidla fil-Kostituzzjoni, tkun min-naha l-ohra iktar addattata biex tlahham il-politika ta’ regjonalità ghal Ghawdex billi taghtih identità partikolari.
Mil-lat ta’ sede tal-Qorti
Il-bini tal-Qorti jmur lura ghal zmien il-Kavallieri. M’ghadux xieraq biex jaqdi l-htigijiet ta’ qorti moderna. Il-haddiema tal-Qorti jahdmu f’kundizzjonijiet inaccettabbli.
Hemm arkivju mimli umdità. L-access ghall-Qorti, fic-Citta-della, huwa difficli u johloq konfuzjoni ta’ traffiku. Hemm bzonn ta’ sede gdida u xierqa ghall-Qorti t’Ghawdex.

| < Prev | Next > |
|---|






