Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Paraguni odjuzi

E-mail Print PDF
ShareLawrence Gonzi u l-Gvern tieghu qegh-din jimxu bil-mentalità meskina ta’ ahjar hekk milli aghar. Il-kuntrarju ta’ dak li kienu jghallmuna l-genituri u n-nanniet taghna li fit-trobbija taghna kienu jishqu l-hin kollu biex nikkomparaw rwiehna ma’ min hu ahjar minna u mhux ma’ min hu aghar minna.

Dr Gonzi jridna nirragunaw bhal dawk id-dizgrazzjati li jippruvaw jikkonslaw bid-dizgrazzji akbar ta’ haddiehor. Lawrence Gonzi jridna nikkonslaw u nizzuh hajr li f’Malta m’hawnx id-dizastru li hemm fil-pajjiz gar taghna l-Grecja.

Jipprova jostor in-nuqqasijiet u d-deficjenzi kbar fl-amministrazzjoni tieghu billi kontinwament izarzar id-diska li m’ahniex nibilghu x-xokkijiet kollha li qeghdin jibilghu l-poplazzjonijiet ta’ pajjizi ferm akbar minna bhal Spanja, l-Islanda, l-Portugall u l-Italja.

Imma l-mistoqsija li kontinwament jipprova jevadi Lawrence Gonzi hi jekk il-pajjiz taghna jistax jitmexxa ahjar milli hu, anki fil-kuntest tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali attwali.

Il-qaghda ekonomika internazzjonali flok isservi ta’ skuza ghad-deficjenzi fl-amministrazzjoni ta’ Dr Gonzi, ghandha sservi ta’ xprun biex proprju wiehed jizgura jekk il-pajjiz jistax jitmexxa b’mod ahjar milli hu fil-prezent.

L-ahbar li ftit gimghat ilu li d-dejn pubbliku ta’ dan il-pajjiz zdied b’27% fit-tliet snin li ghaddew minn din il-legizlatura, fl-istess perijodu ta’ zmien meta l-infiq kapitali fi progetti tassew utli ghall-pajjiz naqas sostanzjalment, tixhed in-nuqqas ta’ ghaqal li bih tmexxiet Malta f’dawn l-ahhar snin.

Fi zmien ta’ krizi finanzjarja internazzjonali, wiehed kien jistenna aktar ghaqal u prudenza min-naha tal-Gvern Nazzjonalista.

Imma flok progetti kapitali li jharsu fit-tul lejn il-bzonnijiet reali ta’ dan il-pajjiz, Dr Gonzi u shabu imbarkaw fuq sensiela ta’ progetti kapriccjuzi u li min hu bil-ghaqal zgur ma kienx jidhol ghalihom aktar u aktar f’dawn iz-zminijiet partikolari li ghaddejja minnhom id-dinja u anki Malta.

Li f’dawn iz-zminijiet difficli u ta’ sfidi kbar il-Gvern jonfoq ilmiljuni fuq pont li ma jwassal ghal imkien, bieb il-belt kapitali li jirfed is-swar minghajr l-icken idea ta’ bieb, bini gdid li jqum €42 miljun ghal parlament tal-part-timers u l-iskartati u l-quccata tal-assurdità tkompli tintlehaq bil-famuz teatru akwarju bla saqaf.

Infiq mill-aktar kapriccuz li jixhed l-insensittività ta’ dan il-gvern li mhux biss ma allokax il-fondi pubblici fejn l-aktar kien hemm bzonnhom, f’investiment ghat-tul u li jkun dejjiemi ghal pajjiz kollu kemm hu, spicca wkoll jidhol f’dejn akbar biex isostni dawn il-kapricci.

Imma l-akbar kundanna li se jlaqqat il-Gvern Nazzjonalista f’din il-legizlatura, li skont ma jghidu n-Nazzjonalisti stess kienet imtaqqla bid-dell ta’ sitwazzjoni internazzjonali finanzjarja mweghra, se tkun minhabba l-egoizmu eccessiv ta’ Gonzi u shabu meta taw lil xulxin zieda ta’ €600 fil-gimgha li eventwalment tnizzlet ghal €500 fil-gimgha, proprju fi zmien ta’ awsterità u ta’ sagrificcji kbar ghal hafna u hafna familji Maltin u Ghawdxin.

In-Nazzjonalisti juzaw is-sitwazzjoni internazzjonali biex minghalihom jiggustifikaw kull deficjenza u nuqqas ta’ din l-amministrazzjoni, hafna weghdi elettorali li ma nzammewx, gvern li ma wettaqx li wieghed u li wettaq dak li ma wieghedx.

Imma jekk tassew is-sitwazzjoni finanzjarja dinjija kienet talment imwieghra li ntalbu minna li jsiru certi sagrificcji, allura kif dak li kien jghodd ghalina, ma kienx jghodd ukoll ghall-ministri u s-segretarji parlamentari li hadu zieda bhal dik ta’ €500-€600 fil-gimgha waqt li l-plebej inghataw zieda ta’ €1.16 fil-gimgha.

Gonzi u shabu l-ministri u s-segretarji parlamentari flok mexxew bl-ezempju tajjeb, taw skandlu lill-popolazzjoni ta’ dawn il-gzejjer b’ezempju mill-aktar hazin.

Il-paraguni m’ghandhomx isiru bejna u min hu aghar minna, imma bejn il-flus kbar li gew skappriccati f’affarijiet li l-pajjiz ma kellux bzonn, ghall-inqas fl-immedjat u kif dawk il-flus seghetu jkunu ffrankati mid-dejn pubbliku u minn fuq l-imghax fuq id-dejn, inkella kif dawn l-istess flus setghu jintefqu ferm ahjar ghall-gid komuni.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata