Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-jum li ma jintesa qatt

E-mail Print PDF
Share

t_287x0_anglu_2Ghamilna siegha u aktar, nisimghu lil Lawrence Gonzi, jfahhar lilu nnifsu. Ghamilna siegha u aktar nisimghuh jghidilna x’ghamel u x’ma ghamilx.

Ghamilna siegha u aktar nigu mfakkra bil-ksur tal-weghdiet elettorali tal-Partit li jhaddan hu. Ghamilna siegha u aktar, narawh jitmasshan, juza aggettivi u tqabbiliet, xejn denji fil-konfront ta’ Joseph Muscat.

Ninsab cert li Lawrence Gonzi lissen certu kliem, u x’hin waqaftlu qam b’rabja u rega’ gideb! Ma jimpurtax, issa drajna li dan il-Gvern, moghni b’nies li jghawwgu l-fatti, jigdbu lill-poplu u aghar, jgieghlu lill-istess poplu, bilfors jemmen li dak li qed jghidu huwa minnu!

Dan il-fenomenu qed johrog aktar fid-deher bit-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi u ta’ diversi ministri u esponenti b’rabtiet partikolari mal-istess PN.

Gie jghidilna fid-diskors kollu ftahir u bl-akbar pompozità, li l-iskop tieghu sabiex gholla t-tariffi tad-dawl u l-ilma kienu sempliciment, sabiex in-nies jibdew jithajru jixtru l-panelli solari.

Qatt ma seta’ qal gidba ehxen minn din! Sa mnejn naf jien, dejjem smajt lill-ministri Nazzjonalisti jghidu li t-tarriffi ghollew minhabba l-fatt illi l-prezz taz-zejt kien qed joghla u sahansitra kien sahaq Lawrence Gonzi, f’intervista fuq gurnal bl-Ingliz, li kien xtara bizzejjed zejt ghas-sena 2010 u 2011 bill-prezz ta’ $80 kull barmil.

Kumbinazzjoni, fil-25 t’Ottubru jien ghamilt mistoqsija l-dwar il-pannelli solari: PQ 28111 Jista’ l-Ministru jghid kemm residenzi ghandhom solar panels u solar heaters?

U l-ministru wiegeb illi l-informazzjoni migbura tikkoncerna biss dawk is-sistemi li nxtraw permezz ta’ skemi li kienu amministrati mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi matul dawn l-ahhar snin u ghalhekk din l-informazzjoni ma tinkludiex dawk is-sistemi, b’mod partikolari ta’ solar water heaters, li kienu nstallati fuq bazi privata lilhemm minn dawn l-iskemi.

Mill-2008 ’il hawn kienu nstallati 1761 sistema ta’ pannelli fotovoltajci fuq ir-residenzi u 6199 solar water heater minn persuni li bbenifikaw minn grant. Mir-rekords li ghandha MRA, hemm ukoll 278 sistema ohra ta’ pannelli fotovoltajci li huma nstallati fuq djar privati. Din l-informazzjoni inghatat mill-pubbliku stess lill-MRA. Dawn huma persuni li qatt ma applikaw biex jiehdu grant jew inkella nstallaw sistema addizzjonali ghal dik is-sistema li bbenefikat minn grant.

Ghaliex staqsejt din il-mistoqsija lill-Gvern? Tlabtu jghidli kemm residenzi ghandhom pannelli solari sabiex nara jekk u kemm familji kienu f’pozizzjoni li jixtru din is-sistema u dan bl-ghajnuna finanzjarja tal-Gvern.

Ma tantx rajt li kienet success u llum, Lawrence Gonzi, fil-Parlament, fl-istess jum li talab il-vot ta’ fiducja minghand shabu stess ghax jaf li tilef il-kontroll, sahaq illi ddecieda li jgholli t-tariffi ta’ dawl u l-ilma, sabiex jincentiva lill-familji biex jixtru sistemi ta’ dawl u ilma.

X’ragunar huwa dan? Kixef idejh u wera min huma n-Nazzjonalisti. Dan giddeb lil siehbu Simon Busuttil li ftit jiem qabel fuq ir-radju taghhom, sahaq li bilfors il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi kellu jgholli l-kontijiet sabiex ma jigrilniex bhalma gara lil Grecja.

X’inhi l-verità precizament Lawrence Gonzi? M’ghandu l-ebda risposta ‘l ghaliex il-verità hi li dahak b’kull wiehed u wahda minna! Ghakkes il-poplu, sallab lil dawk l-aktar vulnerabli fis-socjetà. Jaghmel x'jaghmel, jghid x’jghid, hemm strategija b’mohh qarrieqi.

U Lou Bondi ried ikun jaf x’inhuma l-pjanijiet tal-Partit Laburista kemm-il darba nkunu fil-Gvern. Ir-risposta ma hadhiex kif ried, izda ha messagg, li ser inkunu mal-poplu u tal-poplu. Ser inkunu solidali mal-poplu.

Zgur li bl-informazzjoni li ghandna, nistghu ntaffu parti mill-piz li ghandu l-poplu. Grazzi ghal gideb li jghid, kemm hu u diversi minn shabu, kompla jaghtina informazzjoni siewja, u ghalhekk gustament nghidulu li huwa hati tal-pizijiet li jinsab ghaddej minnhom dan il-Gvern.

Ha risposta li ried, li m’ahniex ser naghtu dak li hu tal-poplu lilu u l-partit li jappartjeni lilu, u jmur ghand il-Prim Ministru tieghu u jghidlu hu x’jista’ jaghti lura lil pajjizu minn dak li selahlu.

Dak li hu tal-poplu, ahna ser naghtuh lill-poplu fil-hin propizju u mhux meta jrid Lou Bondi, shabu, dawk li jaqblu mieghu li huma fil-partit tal-ftit, xotti mill-ideat, u hatja tal-piz li jinsab mghobbi bih il-maggoranza tal-poplu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata