Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Vot ta’ fiducja - mhux soluzzjoni

E-mail Print PDF
Share

lydia_abelaDin il-gimgha kienet karatterizzata minn grajja li rarament tigri fil-Parlament Malti. Il-Prim Ministru ressaq mozzjoni ta’ fiducja fil-Gvern tieghu. Ta’ min jghid illi fl-istorja tal-Parlament Malti, minn wara l-gwerra lil hawn, kien hemm biss zewg okkazjonijiet ohra fejn tressqu mozzjonijiet ta’ fiducja fil-Gvern mill-Prim Ministru.

Wiehed allura jistaqsi ghal-fejn inhasset din il-htiega? X’qieghed jinkwieta daqstant lill-Prim Ministru biex hass li ghandu jaghmel mossa bhal din? X’wassal lill-Prim Min-istru jitlob vot ta’ fiducja fil-Gvern tieghu?

Sfortunatament dan il-pajjiz huwa immexxi minn Gvern dghajjef, li minflok jiffoka fuq il-bzonnijiet u l-htigijiet tal-pajjiz u tal-familji taghna, qieghed iffukat sabiex isolvi l-krizijiet interni tieghu.

Il-Gvern prezenti huwa mitluf fil-battalji interni tieghu u hsiebu biss kif se jibqa’ mwahhal mas-siggu tal-poter, billi jara kif ser izomm il-membri parlamentari tieghu stess kwieti u jaghtihom dak li jridu, kemm jekk gustifikat u kemm jekk le, biex ma joholqulux aktar inkwiet.

Ghandna Gvern instabbli, li qed jinzamm ostagg mill-membri parlamentari tieghu stess. Din l-instabbiltà fi hdan il-Gvern qed tirrifletti ruhha f’instabbiltà fil-pajjiz.

Kienu sintomatici l-ahhar tliet snin ta’ din il-legizlatura, meta l-Gvern sab ruhu rinfaccjat b’dissens intern f’diversi okkazjonijiet, fosthom fil-kwistjoni tal-progett tal-Kon Katidral ta’ San Gwann, fil-kwistjoni dwar id-dritt ta’ suspettat fil-kummissjoni ta’ reat li jkun assistit minn avukat fl-istadju tal-investigazzjoni, fid-dibattiti dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, dwar il-power station, u dwar id-divorzju.

Is-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum hi rizultat ta’ instabbiltà u dghjufija fil-Gvern prezenti, li minkejja li nghata vot ta’ fiducja fil-Parlament nhar it-Tlieta li ghadda, ma solva xejn mill-problema tieghu li hija ferm aktar profonda minn hekk.

Pajjizna ghandu bzonn l-ghaqal ghaliex bl-ghaqal biss tista’ ggib l-istabbiltà fil-pajjiz. Il-pajjiz jehtieg l-ghaqda, is-sahha ta’ tim koordinat li jigbed habel wiehed u jahdem bis-shih biex igib il-gid ghall-familji Maltin u Ghawdxin. Meta tim izewweg l-ghaqal u l-ghaqda, allura tirrenja l-istabbiltà u s-serhan tal-mohh. Bl-istabbiltà biss jinholoq il-gid, il-prosperità u l-investiment fil-pajjiz.

Il-gimgha d-diehla, il-Gvern Nazzjonalista se jkun qieghed jipprezenta l-Bagit ghas-sena 2012. Wiehed jittama li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi din id-darba jahseb fil-familji Maltin b’bagit responsabbli u gust, u jzomm f’mohhu l-interess tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu.

L-elettorat qieghed jittama li fil-bagit ghas-sena li gejja jithabbru mizuri li jistghu jaghtu nifs lill-ekonomija Maltija. Huwa inaccettabbli li numru ta’ weghdiet elettorali jibqghu fuq l-ixkaffa u ma jigux implimentati. Il-poplu Malti u Ghawdxi, bix-xieraq, qieghed jistenna li jithabbru mizuri biex jigi mrazzan l-gholi fil-prezzijiet ta’ servizzi bazici u fil-prezzijiet tal-energija, ghaliex huwa impossibbli li familji bil-paga minima u medja jibqghu jerfghu l-piz ta’ prezzijiet dejjem joghlew.

Il-bagit li se jitressaq ghandu jghin lill-familji, lill-pensjonanti, lill-middle class, lill-istudenti u lin-negozji. Dawn huma l-prioritajiet li ghandu jpoggi quddiemu l-Gvern prezenti. Hemm bzonn li jibda jahseb fil-familji u b’sens ta’ ghaqal jiffoka fuq dak li verament huwa fl-ahjar interess tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Wiehed jistenna li f’dan il-bagit il-Gvern jghid l-affarijiet kif inhuma u jkun gust ma’ kulhadd, u mhux iqis biss l-interessi partiggjani. Il-bzonnijiet tal-familji taghna ghandhom ikunu fuq quddiem nett tal-agenda ghall-bagit 2012, u hu mistenni mill-Gvern li jonora dak li wieghed fil-programm elettorali tieghu, u li sal-lum wara tant zmien ghadu ma wettaqx.

Wiehed jistenna li l-poplu taghna fl-ahhar jiehu dak li jisthoqqlu bi dritt u dak li gie mwieghed.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata