Il-bagit bil-lingwa tas-sinjali
Skont it-Times tal-Hamis li ghadda, ghall-ewwel darba fi trasmissjoni ta’ seduta parlamentari, se tintuza l-lingwa tas-sinjali waqt il-qari tad-diskors tal-Bagit. Ovvjament din hija xi haga ta’ beneficcju ghal dawk li jikkomunikaw biss b’din il-lingwa. Madankollu ladarba l-bagit ta’ din is-sena se jkun bis-sinjali, anki min ikun qieghed jisimghu jista’ jirrispondi bis-sinjali.
Hemm nghidu ahna min ihossu ingannat li n-Nazzjonalisti serqulu l-vot tieghu l-elezzjoni li ghaddiet bil-weghda tat-tnaqqis fir-rati tat-taxxa, jista’ juza s-sinjal li kien baqa’ famuz ghalih l-attur famuz Taljan Alberto Sordi (ara r-ritratt).
Min fost il-floating voters, wara 4 snin ta’ sagrificcji u b’ilsienu barra biex ilehhaq mal-kontijiet u l-ispejjez, jekk f’dan il-bagit Tonio Fenech jittanta jroxx xi ftit bzar fl-ghajnejn, anki jekk ma tantx hemm minn fejn iroxx, jista’ jwiegeb bis-salut tas-saba’ tan-nofs biex jaghmilha cara li GonziPN m’ghandux cans li elezzjoni ohra jerga’ jisraqlu l-vot tieghu.
Indipendenti
Indikazzjoni ckejkna ta’ kemm il-Malta Independent u l-Malta Independent on Sunday humiex indipendenti tal-isem jew le, nistghu nehduha mill-fatt li Stephen Calleja, l-Editur Manigerjali tal-Malta Independent qed itella’ program ta’ grajjiet kurrenti fuq Net TV. Issa n-Nazzjonalisti ma nahsibx li se jiehdu riskji azzardati li jhallu program li jmiss il-hin kollu mal-politika, f’idejn xi hadd li ma jkunx politikament affidabbli f’ghajnejhom.
Austin il-maqtugh
Fil-programm ta’ Stephen Calleja tal-Erbgha li ghadda, il-Ministru Austin Gatt kien ikkwotat li qal li s-sahha morali tieghu jehodha mill-fiducja li jaghtih il-Prim Ministru, il-Kabinett u l-gheruq tal-Partit Nazzjonalista. U n-nies komuni ta’ barra t-triq fhiex jidhlu f’dan kollu? Konferma ohra ta’ kemm Austin Gatt huwa maqtugh min-nies u kif qed imexxi b’mod mill-aktar partiggjan tant li jimpurtah biss mill-gheruq tal-Partit Nazzjonalista. Esagerazzjoni ohra a la Austin Gatt li ntqalet waqt l-istess program kienet li meta sejjah id-decizjoni li l-karozzi tal-linja jinghtaw priorità fuq it-traffiku normali fir-rush hour bhala wahda “rivoluzzjonarja”.
X’cuc hu Che Guevara li halla hajtu ghar-rivoluzzjoni, mentri Austin Gatt bil-casting vote ta’ Mr Speaker se jkompli jghaffeg f’hajjitna u minn fuq iridha wkoll tar-“rivoluzzjonarju”.
Neruni u Gonzi
Ara vera meta regim ikun wasal fl-ghafja tal-mewt tieghu, jibdew isiru affarijiet tal-genn. Neruni meta kienet qed tinharaq Ruma, kien intefa’ fit-terrazin fuq is-setah idoqq l-arpa kif jaf hu, joghxa ghad-dehra tal-belt eterna qed tinharaq.
Lawrence Gonzi ghalkemm ghadu ma wasalx s’hawn, mess il-qiegh u qieghed jitkaxkar, tilef il-maggoranza u salva bil-vot deciziv tal-Ispeaker u kellu jirrikorri wkoll ghal bicca teatrin tal-vot ta’ fiducja. U fl-imbierka sapjenza tieghu, Dr Gonzi flok ghoddha b’wahda u pprova jifhem il-wegghat tal-poplu spicca ghamel festin minn flus il-poplu hekk kif gie approvat il-vot ta’ fiducja biex ‘jiccelebra’ li se jkompli jitkaxkar mal-qiegh.

| < Prev | Next > |
|---|






