Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sliema Wanderers jirbhu wara xahrejn

E-mail Print PDF
Share

img_2335Sliema Wanderers meritatament hadu vantagg ta’ zewg gowls fl-ewwel taqsima bl-azzjonijiet kwazi kollha jigu min-naha taghhom. Huma kienu mmexxija tajjeb minn Sequeira u kienu l-aktar li ppruvaw forsi ghax kienu ilhom ma jirbhu xaharejn.

Tarxien Rainbows kellhom ftit wisq mill-azzjonijiet tal-ewwel taqsima avolja huma laqtu l-lasta.

 

B’dawn iz-zewg gowls Sliema ghazlu jaghlqu u jaharbu bil-kontrattakk u ppruvaw jiehdu vantagg mill-ispazji li bdew ihallu Tarxien fit-tentattiv biex jiskurjaw.

 

Fit-tieni taqsima Tarxien hargu aktar determinati izda dak li bassarna dwar l-ewwel taqsima sehh meta Sliema kabbru l-vantagg imma tilfu hafna cansis fl-ispazji li bdew ihallu l-avversarji taghhom.

 

L-attakkanti Slimizi hlew okkazjoni wara ohra b’Mitev, Sequeira u Galabov jiddistigwu ruhhom biex Sliema setghu jiksbu t-tliet punti meritatament.

Fl-ewwel minuta tal-partita pass ta’ Sequeira lejn Mitev, dan lejn Scerri li xxuttja ftit barra.

 

Fil-15-il minuta harga avventuruza tal-gowler Tarxiniz Cassar ghal kross ta’ Frendo, li Mitev anticipa bir-ras, ballun ghand Sequeira izda Cassar irpilja fil-hin biex laqa’ x-xutt ta’ Sequeira.

 

Fit-18-il minuta xutt ta’ Costa ta’ Tarxien jahbat ma’ sieq il-lasta.

 

Fid-29 minuta Santos Silva, meta ssikkat, ikkontrolla, dar u fajjar xutt li ghadda ftit barra.

 

Fit-33 minuta kross ta’ Sammut ghal Tarxien, ballun imxellef minn difensur gie ghand Anonam li sab lil gowler Slimiz Curmi jimblokka f’korner.

Fl-34 minuta Sliema fethu li skor minn penalty. Pereira waqqa’ lil Sequeira fil-kaxxa u mil-11-il metru DANIAL MITEV gheleb lil Cassar.

 

Fil-41 minuta freekick ta’ Sequeira ghas-Sliema minn barra l-kaxxa kien kwazi hasad lil gowler Cassar izda dan irnexxielu jippancja biex bieghed il-periklu.

 

Fl-44 minuta Sliema jirduppjaw. Azzjoni veloci li fiha rajna pass tajjeb ta’ Sequeira lejn Frendo, xutt ta’ dan imblukkat, ballun ghand Santos Silva li x-xutt tieghu wkoll kien imblukkat izda l-ballun jirritorna ghand JORGE SANTOS SILVA li din id-darba ma falliex.

 

Il-bidu tat-tieni taqsima kienet pjuttost nieqsa minn azzjonijiet denji ta’ nota. Fil-61 minuta Bueno qassam lejn Mintoff ghal Tarxien bit-xutt ahhari jghaddi ftit barra.

 

Fit-68 minuta Santos Silva qassam lejn Mitev li qabbez minn fuq il-gowler bil-ballun jispicca fuq ix-xibka.

 

Fis-70 minuta li skor isir 3-0. Azzjoni personali ta’ DANIAL MITEV meta b’xutt minn barra l-kaxxa laqat il-mimduda bil-ballun jispicca gewwa ghal skor finali ta’ 3-0.

 

Fit-76 minuta freekick ta’ Mitev, il-gowler Cassar salva izda ma zammx, dahal is-sostitut Mifsud Triganza li xxuttja izda l-gowler salva mal-art.

Fit-88 minuta Mifsud Triganza minn mal-linja tal-korner qassam lejn Mitev li xxuttja barra.

SLIEMA W: Curmi, A Muscat, Scerri (Mifsud Triganza 46), Mitev, Bezzina, Sequeira, Galabov, Bajada, Santos Silva, Frendo (Grech 80),(Caligari 88), B Muscat. KOWC: Danilo Doncic.

TARXIEN R: Cassar, Sammut, Pereira, Giglio, Costa (Carabott 56), Pulo (Vella Critien 87), Bueno, Vella, Anonam, Galea (Mintoff 56), Grioli. KOWC: Patrick Curmi.

REFEREE Glenn Tonna

SKURJAW: Danial Mitev (S) 34 u 70 min, Jorge Santos Silva (S) 44 min.

PLEJER TAL-LOGHBA: Danial Mitev Sliema Wanderers.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata