Hibernians gabu fix-xejn lil Qormi b’loghob veloci u b’xejn inqas minn tliet gowls fl-ewwel taqsima.
L-attakkant taghhom Dos Santos, li wkoll jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tal-aqwa skorers tal-kampjonat, kien ta’ ugiegh ta’ ras kontinwu ghad-difiza ta’ Qormi b’zewg gowls fl-ewwel taqsima u iehor fit-tieni.
Il-Qriema deheru neqsin minn dik l-aggressività solita taghhom. Bil-leader taghhom Joseph Farrugia nieqes u l-injury kmieni fil-loghba tal-attakkant Nwoke, l-Qriema ma ffunzjonawx fuq quddiem.
Fit-tieni taqsima Qormi tilfu l-koncentrazzjoni u xejn ma kienu precizi.
Hibs kienu sodi fuq wara b’Balbinot u Soares sodi fid-difiza li fuqhom tkissru l-attakki kollha ta’ Qormi.
Il-plejer il-gdid ta’ Qormi McLaren huwa plejer tekniku u inteligenti izda irid ikun aktar veloci u wkoll jinghata aktar blalen.
B’din ir-rebha Hibs izommu l-isfida ghar-rebh tal-kampjonat u jirritornaw fl-ewwel post tal-klassifika.
Il-partita bdiet letteralment b’gowl. Wara biss zewg minuti loghob freekick ta’ Cohen ghal Hibs imdawwar f’korner mil-gowler. Failla inkariga ruhu mil-korner u LUIS DOS SANTOS fetah li skor.
Fil-21 minuta azzjoni konfuza fil-kaxxa, ballun ghand Soares li kif ixxuttja sab lil gowler Farrugia jimblokka.
Fil-31 minuta azzjoni mil-lemin ta’ Dias li dahal fil-kaxxa angolat, ixxuttja u l-gowler dawwar f’korner b’saqajh.
Fis-37 minuta freekick ta’ Cohen, daqqa ta’ ras ta’ Balbinot, salva parzjalment Farrugia, ballun ghand Dos Santos li ixxuttja mil-qrib u ghal darb’ohra rega’ salva l-gowler Farrugia.
Fit-43 minuta xutt minn 30 metru boghod ta’ CLAYTON FAILLA gheleb ghal kollox lil bravu gowler Farrugia li ma seta’ jaghmel xejn ghal skor ta’ 2-0.
Fis-46 minuta azzjoni personali ta’ LUIS DOS SANTOS meta harab mix-xellug, qabez zewg difensuri u gheleb lil Farrugia li kien hiereg biex jghalaq minkejja t-tentattiv ta’ Bartolo biex jikklerja minn fuq il-linja.
It-tieni taqsima bdiet b’xutt ta’ Failla jghaddi ftit barra.
Fil-50 minuta kross xott ta’ Bartolo ghal Qormi jsalva l-gowler Muscat.
Fis-60 minuta freekick ta’ Pereira ghal Qormi jghaddi ftit barra.
Fis-76 minuta xutt ta’ Bartolo, jsalva s-sostitut gowler tal-Hibs Bonnici u zewg minuti wara l-istess debuttant Bonnici salva xutt b’sahhtu ta’ Sciberras.
Fit-82 minuta kross ta’ Joseph Chetcuti u daqqa ta’ ras ta’ Pereira tghaddi tul il-lasta izda hadd mill-attakkanti shabu ma dahal ghal ballun.
Fil-91 minuta l-iskor isir 4-0 meta s-sostitut Herrera mess l-ewwel ballun tieghu minn meta dahal jilghab u ta pass preciz lil LUIS DOS SANTOS biex dan mil-qrib ghaqqad il-hat-trick tieghu u r-raba gowl tal-Hibs.
HIBS: Muscat (Bonnici 72), Camilleri, Xuereb, Balbinot, Soares, Failla (Caruana 66), Cohen, Christensen, Pisani, Dias (Herrera 91), Dos Santos. Kowc: Mark Miller.
QORMI: Farrugia, Jeffrey Chetcuti (Wellman 57), Sammut, Bartolo, Scicluna (Cachia 65), Bondin, Pereira, Duff, McLaren, Osagie, Nwoke (Joseph Chetcuti 15) KOWC: Stephen Azzopardi.
REFEREE: Kevin Azzopardi.
PLEJER TAL-LOGHBA: Luis dos Santos Hibernians.
SKURJAW: Luis Dos Santos (H) 2, 46 u 91 min, Clayton Failla (H) 43 min.

| < Prev | Next > |
|---|






