Tal-PravdaIl-media Nazzjonalista qed tittiehed gmielha f’dawk li huma metodi u modi ta’ kif topera mill-mezzi ta’ propaganda tar-regimi totalitarji. Taqleb kollox ta’ taht fuq, tahbi dak li huwa politikament imbarazzanti, tislet kumment favorevoli mill-bqija tal-kummenti qawwija ta’ kritika, tenfasizza tal-ewwel u tahbi l-bqija. Ftit li xejn rispett lejn l-intelligenza tal-qarrej, semmiegh, telespettatur, hu x’inhu.
Mela din il-gimgha l-Awditur Generali hareg ir-rapport tieghu dwar l-affari tal-onorarja parlamentari li l-ministri u s-segretarji parlamentari taw lil xulxin inkiss inkiss, minn wara dahar kulhadd.
Skont il-media Nazzjonalista, l-Awditur Generali kemmxejn ma skolpax lill-Kabinett meta qal illi ma sabx li kien hemm mizapproprjazzjoni ta’ fondi pubblici. Ghalkemm ma kienx hemm mizapproprjazzjoni fis-sens tekniku legali tal-kelma, ir-rapport tal-Awditur Generali kkonkluda li din l-affari kienet ‘esperjenza imbarazzanti’ ghall-Gvern, li kien hemm bad practice, u li kien hemm nuqqas ta’ trasparenza. U minn dakollu tal-Pravda, ta’ Radio GaGa u tas-Soviet News ma qalu xejn.
Mur sib xi Grieg Natalino Fenech
Il-mod skandaluz li bih qeghdha titmexxa l-kamra tal-ahbarijiet tal-PBS huwa tabilhaqq tat-taqligh tal-istonku.
Mhux ta’ b’xejn id-deputat Nazzjonalista Franco Debono ftit tal-jiem ilu wasal biex qal li l-mod kif qeghdin isiru l-programmi ta’ grajjiet kurrenti fuq il-PBS huwa aghar minn kif kienu jsiru l-affarijiet fit-tmeninijiet fi zmien Toni Pellegrini.
Mela bhallum gimgha, proprju lejliet il-Bagit, Natalino Fenech baghat fi Spanja u l-Grecja zewg reporters minn newsroom ta’ forsi sitt gurnalisti kollox, ghall-kollegamenti diretti minn Spanja bl-iskuza tal-elezzjoni generali tal-lum, u fil-Grecja ghall-ebda raguni partikolari li kellha x’taqsam mal-ahbarijiet ta’ dakinhar jew tal-granet ta’ qabel.
Dawn iz-zewg reporters tal-PBS ghamlu intervisti minn fost il-pubbliku Grieg u Spanjol, bil-messagg ovvju li f’dawn iz-zewg pajjizi hemm herba shiha finanzjarja u socjali u li Malta ma tinstabx f’dak it-tip ta’ dizastru grazzi ghal Lawrence Gonzi.
Il-Grecja tinsab fhiex tinsab mhux ghax fl-Ewropa hemm krizi finanzjarja, imma ghax kellha gvern konservattiv mill-aktar irresponsabbli. Fl-Unjoni Ewropea hemm diversi pajjizi bhall-Estonja, is-Slovenja, il-Lussemburgu li bi tmexxija ferm aktar ghaqlija, jinsabu ghaddejjin tajjeb jew mhux hazin.
Il-maniggi u l-manipulazzjoni ta’ Natalino Fenech issa eccedew kull limitu u fil-veru sens tal-kelma haqqu lil min jghidlu, la issa ta ghall-intervisti mal-Griegi, “Ghax ma tmurx issib xi Grieg Natalino Fenech?!”.
Il-media tal-PN tinqeda b’persuna ndagata mill-Pulizija
Il-media Nazzjonalista taht it-tregija ta’ Paul Borg Olivier, is-Segretarju Generali tal-PN, din il-gimgha nqdiet b’persuna li hija ndagata mill-Pulizija dwar diversi irregolaritajiet biex minn ghaliha ssawwat lill-Partit Laburista.
Meta ttiehdet id-decizjoni mill-PL li l-kunsillier Alfred Mazzitelli ma jibqax jirrapprezenta lill-Partit Laburista fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke, dan sar ghal ragunijiet mill-aktar serji.
Kwantu ghall-indhil tal-partiti fil-kunsilli lokali, Pawlu Borg Olivier zgur m’ghandux ghalfejn jitkaza meta wiehed jiftakar il-bassezzi li waqa’ fihom hu meta ltaqa’ mal-kunsilliera tat-Tas-Sliema Sandra Camilleri gewwa l-pub Lady Di u sahansitra spicca jheddida b’ommha.
Issa l-poplu ddecieda
Fid-diskors tal-ftuh tal-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista, Paula Mifsud Bonnici, il-President tal-istess Kunsill qalet illi l-poplu issa ddecida dwar il-kwistjoni tad-divorzju permezz ta’ referendum, u ghalhekk id-diskussjoni dwar dan is-suggett issa hija maghluqa.
Jidhirli li dan l-argument smajtu x’imkien iehor f’kuntest kemmxejn differenti. Anki l-Partit Laburista kien qal li l-poplu kien iddecida permezz ta’ referendum dwar il-kwistjoni tal-ishubija fl-Unjoni Ewropea u li din il-kwistjoni hija definittivament maghluqa.
Imma l-propagandisti Nazzjonalisti xorta jibqghu jizirghu d-dubju dwar dan, ghax fil-mentalità totalitarja taghhom, huma biss jistghu jghidu li l-poplu issa ddecida u l-kwistjoni issa hija maghluqa, halli mbaghad il-Prim Ministru Gonzi spicca mar kontra r-rieda tal-poplu u vvota kontra dwar il-ligi tad-divorzju.

| < Prev | Next > |
|---|






