Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-interessi tal-Partit (Nazzjonalista) jigu qabel dawk tal-pajjiz

E-mail Print PDF
Shareleo6Kollna ilna li ntbahna li l-PN ftit li xejn jaghmel distinzjoni bejn l-interessi tal-partit u tal-Gvern flimkien mal-pajjiz li suppost jirrapprezenta.

Anki jekk il-famuzi e-mails ta’ PBO hargu bi zball, xorta wahda taw prova cara ta’ dak li kollna ilna nxommu - li kien hemm rabta kwazi ta’ incest politiku bejn dak li jigri f’Kastilja u dak li jigri fil-Kwartieri Generali tal-PN f’Tal-Pietà.

F’dawn l-ahhar jiem kellna il-vot ta’ sfiducja kontra il-Ministru Gatt. Li laqatni l-aktar la kien id-dibattitu twil. U lanqas il-vot innifsu. Ghax kien ilu jidher car kif kien ser jispicca.

Izda bqajt mbellah bid-diskors tal-Ministru Gatt innifsu. Specjalment lejn l-ahhar parti tal-gheluq.

Kien diskors li mar ferm lil hinn minn diskors parlamentari. Ghax kien diskors purament partiggjan. Qisu immirat ghall-gheruq tal-Partit.

Diskors minn Nazzjonalist ghan-Nazzjonalisti. Meta dan kien fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz jindirizza lill-poplu Malti u Ghawdxi kollu.

Mill-mod kif Gonzi ghazel li jiddefendi lil Gatt, kif wkoll mill-mod kif Gatt nnifsu pprova jiggustifika ir riforma fit-trasport minkejja li ftit jiem qabel kien sahansitra issottometta r-rizenja tieghu lill-Prim Ministru, jidher car li n-Nazzjonalisti interess wiehed biss kellhom.

Li jsalvawhom gildhom. U mhux li jtejbu f’mod effettiv it-trasport pubbliku.

Prova ohra cara ta’ kemm il-partit ghalihom jigi qabel il-pajjiz, harget mill-fatt li proprju l-ghada li l-istess Ministru li naqas milli jikseb l-appogg tal-membri parlamentari eletti fil-Parlament, spicca umiljat quddiem il-Parlament kollu minkejja li kellu sahansitra anki jivvota ghalih innifsu, rajna attentat ddisprat mill-PN biex ipingu lil Gatt bhala xi ljun qalbieni tal-Partit Nazzjonalista.

Wara li ftit qabel kellna ghadd ta’ apologiji min-naha tieghu f’ghadd ta’ gurnali, hekk kif ghadda l-vot u l-Ministru nnifsu u t-tim ta’ Gonzi hargu minnu mibruxin u mbenglin wahda sew, rajna bidla radikali fit-tattika u strategija tal-PN.

Ghax f’daqqa wahda biddlu d-diska. U mill-gdid tefghu lil Gatt fuq quddiem. Biex minghalihom jaghtuh l-opportunità li jmur fuq l-attakk (biex jiddefendi lilu nnifsu).

Nhar it-Tnejn filghaxija kien fuq Radju 101 jiggustifika l-istess ghemil li ftit qabel skuza ruhu dwaru.

Filwaqt li nhar it-Tlieta kien il-mistieden ewlieni tal-programm Iswed fuq l-Abjad fuq Net TV.

Jidher li l-PN tilef il-boxxla wahda sew. L-istess jista’ jinghad ghall-mod kif gie ttrattat il-kaz ta’ Manwel Delia.

Filli xeba’ jiftahar li hu – il percimes wara r-riforma fit-trasport – kien hiereg ghall-elezzjoni.

Filli sahansitra gab l-app-ogg u l-endorsement ta’ Lou Bondi.

Biex issa hargu jcanfruh billi qalu li lanqas biss ghadu gie approvat bhala kandidat tal-PN.

Il-PL jaghmel sew li qed jkun kawt f’dan kollu.

Qed nkomplu mmexxu l-agenda taghna, filwaqt li b’ghemilu il-PN qed juri li il problemi mhux biss qed jkomplu joktru fil-qasam tat-trasport pubbliku, izda issa wkoll fi hdan il-PN innifsu. Il-Partit ta’ Lawrence Gonzi.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
www.leobrincat.com

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata