U anki jekk il-bzar kien ftit fic-cirkostanzi, l-firxa tieghu tfasslet b’tali mod li tkun wieghsa bizzejjed u li b’xi mod tolqot il-hafna anki jekk bi ftit. Fi kliem il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat, proprju ghalhekk il-konkluzjoni li dan kien bagit li offra soluzzjonijiet zghar ghall-problemi kbar.
Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi jinsab marsus f’gakketta tal-forzi (straight jacket) fejn minn banda ghandu l-Kummissjoni Ewropea u l-credit rating agencies bhal Moody’s isusu fuqu dwar il-problema tad-dejn pubbliku li sploda u l-problema tad-deficit eccessiv li ghadu ma ngibx taht kontroll li jregi fuq medda ta’ zmien.
Mill-banda l-ohra l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi huwa marsus mill-genb l-iehor tal-morsa, il-weghdi bl-addocc li saru fil-gimghat ta’ qabel l-elezzjoni li ghaddiet minn GonziPN. Dan apparti l-aspettativi gholjin li gew imdorrijin bihom in-nies minn gvernijiet Nazzjonalisti rispettivi, li fir-raba’ bagit ta’ kull legizlatura, aktar u aktar jekk ma jkunx hemm il-hames wiehed, in-nies tistenna li l-gvern jerhi xi ftit mill-ghafsa jekk xejn biex jillixka ghall-voti.
Huwa proprju f’dan il-kwad-ru pjuttost marsus li kellu jopera GonziPN f’dan il-Bagit, ried jerhi jdejh ghax l-elezzjoni tista’ tinstab fil-qrib aktar milli nistghu nobsru, imma l-qaghda finanzjarja tal-pajjiz u s-sikkaturi li qeghdin jaghmlu fuqu l-Kummissjoni Ewropea u agenziji bhalma hija Moody’s, qajla jippermettulu jaghmel dan.
Ghall-bagit li jista’ fi kliemu stess ikun dak ta’ qabel l-elezzjoni, Gonzi ried ixedd il-libsa tal-festa ha joqghod jiddandan, imma mill-istraight jacket li ghandu qajla jista’ jiccaqlaq u flok il-libsa tal-festa, spicca b’libsa kollha rqajja. Fil-fatt dan hu bagit tal-irqajja, ghax flok jindirizza bis-serjetà l-problemi kbar li ghandu l-pajjiz, raxx ftit bzar f’diversi rqajja tas-socjetà, fejn ic-cirkostanzi finanzjarji tal-pajjiz ippermettewlu li jroxx.
Naturalment GonziPN iwah-hal f’kollox u f’kulhadd li mhuwiex f’qaghda li jaghti dak li hu mistenni min-nies li jwettaq kulma wieghed, li jzomm kelmtu specjalment ma’ dawk illi tawh il-fiducja taghhom.
Ma jghidx illi €550,000 kuljum li jmorru biex jithallas il-kapital u l-imghax fuq id-dejn pubbliku esagerat li dahhluna fih in-Nazzjonalisti huwa l-vera raguni ghas-sitwazzjoni finanzjarja mweghra li jinsab fiha l-pajjiz.
GonziPN minflok iwahhal fis-sitwazzjon dizastruza li qeghdin fiha l-Grecja u Spanja u dan meta dak li qieghed isehh f’dawn il-pajjizi qajla jaffettwana ghax ma’ dawn iz-zewg pajjizi ftit li xejn ghandna kummerc, turizmu, esportazzjoni.
Allura ahna x’ghandna x’naqsmu ma’ dak li sehh fil-Grecja u fi Spanja, hlief li dawn iz-zewg pajjizi kellhom tmexxija finanzjarja rresponsabbli u jekk ma noqoghdux attendi, facilment jista’ jigrilna bhalhom.
Il-bagit ta’ dan il-pajjiz ghandu hafna mit-talba tal-kredu li tinghad wara l-omelija fil-quddiesa tal-Hadd - trid tqis mhux biss dak li jidher imma aktar u aktar dak li ma jidhirx.
Il-qaghda finanzjarja reali tal-pajjiz qajla tista’ tingharaf ghal dak li verament hi fin-nuqqas per ezempju ta’ sistema ta’ accrual accounting li permezz taghha l-commitments finanzjarji tal-gvern jigu rregistrati kollha u ma jkunx possibbli li jintefghu kontijiet fil-kexxun.
Lil hinn mir-retorika ta’ GonziPN u ftahir f’rix li m’ghandux jekk mhux b’dejn kbir, ta’ min wiehed jiftakar li fl-1995 meta wkoll kienet qieghda toqrob elezzjoni generali, filwaqt li fuq barra l-propaganda u l-ftahir kienu ghaddejjin bil-muturi kollha miftuhin, il-ministru tal-finanzi ta’ dakinhar John Dalli kien ipprezenta memo lill-Kabinett li kien pinga xenarju finanzjarju tal-pajjiz kwazi apokaliptiku.
Bil-mod irresponsabbli kif mexxew dan il-pajjiz f’dawn l-ahhar tliet snin u nofs dawk li taw lil xulxin zieda ta’ qziez li huma meta kienu qeghdin jishqu li jsiru is-sagrificci min-nies, m’hemm xejn li jeskludi li l-istorja tal-memo ta’ John Dalli lill-Kabinett qieghda terga’ tirrepeti ruhha.
Fl-ahhar il-Bagit 2012 li raxx ftit bzar fl-ghajnejn fi ftit irqajja tas-socjetà u bl-ebda mod ma mess il-hotba li qeghdin igorru fuq daharhom il-familji Maltin u Ghawdxin tal-kontijiet esagerati tad-dawl u l-ilma, ma jistax jittiehed b’mod izolat imma jrid jittiehed fil-kuntest tal-bagits li saru qabel. Ghax ir-raxx ta’ ftit bzar fl-ghajnejn lejlet elezzjoni generali l-aktar l-aktar igeghlek taghtas u zgur mhux ha jghammex ghajnejn dawk specjalment li huma intelligenti bizzejjed li ma jridu jhallu lil hadd ipoggilhom bzieq fuq imnehirhom.

| < Prev | Next > |
|---|






