Nhar it-Tnejn li ghadda segwejna bagit li jista’ jitqies bhala bagit b’surplus, surplus ta’ paroli. Bagit li fih deficit qawwi ta’ azzjoni u deficit qawwi ta’ vizjoni ekonomika. Bagit li bl-ebda mod ma jaghti d-direzzjoni u energija gdida li pajjizna jehtieg biex niffaccjaw il-gejjieni.Kien rizultat ta’ process zbaljat li ma jaghtix dak li tant huwa mehtieg mill-poplu Malti u Ghawdxi u mehtieg minn pajjizna. Bagit li holoq firdiet godda f’pajjizna u li naqas milli johloq il-gid.
Biex jippruvaw ipingu l-affarijiet f’pajjizna kemm jista’ jkun sbieh, ghamlu kull sforz possibbli biex iqabbluna ma’ min sejjer aghar minna. Kull opportunità possibbli utilizzaw kull mezz biex ikerrhu l-istampa ta’ madwarna bit-tama li l-istampa taghhom tidher xi ftit ahjar.
Mill-banda l-ohra, naqqsu bil-kbir milli jindirizzaw punti essenzjali biex il-finanzi ta’ pajjizna ikunu sostnuti b’mod li nithejjew ghall-gejjieni.
Dan il-bagit kellu hafna diskors dwar ghajnuna lill-familja. Kliem li forsi l-ghada seraq uhud mill-faccati ta’ quddiem tal-gurnali u ghal min semghu ghall-ewwel darba, seta’ instema bhala kliem ta’ fejda u ta’ sostenn. Meta wiehed jifli jinnota li dan il-bagit holoq firdiet godda.
Firdiet li jirrizultaw mill-ghazliet li saru, ghax f’dan il-bagit il-gvern ghazel lil liema familji jghin. Ta xi ftit ghajnuna lil xi familji izda naqas milli jghin lil bosta. Fl-istess hin halla lill-poplu jibqa’ jerfa’ pizijiet kbar bil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma li l-istess gvern, mal-barranin iddiskrevihom bhala kontijiet ta’ awsterità.
Kien bagit li wara li ghal hafna snin ghabba lill-familji b’pizijiet kbar, u bi spejjez ta’ hwejjeg essenzjali dejjem joghlew, ghazel lil min jaghtih xi haga u lil min ihallih jibqa’ jiffaccja u jerfa’ dawk il-pizijiet minghajr sostenn.
Huwa bagit ta’ nuqqas ta’ azzjoni fejn jidhol id-dejn nazzjonali. Dejn li qieghed jikber b’rata kbira u li l-gvern qed ikompli ikabbar b’nefqiet li ma jigux registrati fin-nefqa tal-gvern bil-hsieb li ma jikbirx id-deficit, izda fl-ahhar mill-ahhar qed ikabbar id-dejn nazzjonali. Intesiet il-weghda li l-gvern ikollu surplus bagit.
Issa l-enfazi ta’ gvern huwa kif joholqu mezzi godda li bihom jiddejjen minghajr ma jkun qieghed jurihom fil-kotba tal-Gvern. Skemi bhal ma qed jintuzaw fil-kaz tal-bini tal-Parlament il-gdid u l-progett ta’ Bieb il-Belt li fl-ahhar mill-ahhar huma garantiti wkoll mill-fondi pubblici.
Naqas bil-kbir milli jghid kif se jindirizza n-nefqa tal-Gvern milli tkompli tikber, izda ghazel li jnaqqas in-nefqa u progetti kapitali li jekk imwettqa’ b’ghaqal iservu biex jitkattar ix-xoghol u jinholoq il-gid.
Dan huwa bagit li bil-kliem kollu li jintqal fih, bl-ebda mod ma johloq il-fiducja li hija mehtiega f’dan il-pajjiz.
Min qed imexxi ilu iwieghed affarijiet, jghid li se jwettaq hwejjeg u inizjattivi izda l-poplu jsib li minflok dak imwieghed isehh il-kontra jew dak li gie imwieghed li se jsehh jerga’ jintqal mill-gdid f’xi weghda riciklata li terga’ ssib ruhha fid-diskors tal-bagit tas-sena ta’ wara.
Fi zmien li l-pajjiz jghaddi minn zmien difficli, min imexxi jehtieg li jgawdi l-fiducja. Il-gvern ta’ Lawrence Gonzi ma jgawdix fiducja mill-istituzzjonijiet Ewropej tant illi l-Kummissjoni Ewropea ghamiltha cara mal-Gvern li mhux dak li jghid jghodd, izda li juri bil-fatti li kapaci jilhaq il-miri li huwa stess ikun qed ifassal.
Id-diskors tal-bagit kien mezz li bih il-gvern tkellem hafna dwar hafna hwejjeg izda naqas milli jitkellem dwar dak l-aktar mehtieg.
Lawrence Gonzi jista’ jghid li qed jindirizza deficit fil-finanzi tal-pajjiz, izda zgur li b’dan il-bagit kabbar id-deficit fil-fiducja.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|








Ghidt bejni u bejn ruhi,"Halli naqra ftit kummenti serji minn persuna indipendenti , u li deherli li taf xi tghid.
Izda hrigt dizappuntat, ghax ma sibtx sugu.
Forsi jekk tistudja id-diskors tal-Prim Ministru fiol-Parlament, forsi jaghtik ftit dawl.
Nidhaddet ma nies tal-affari taghhom u kollha impressjonati kif din ic-ckejkna Malta dgawdi rispett fost pajjizi kbar madwar id-dinja.