Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Difficli ghal Floriana

E-mail Print PDF
Share

img_2568Floriana kienu l-ahjar ghal hafna mill-hin tal-partita, izda holqu ftit wisq. Meta rnexxielhom jikkombinaw xi attakki tajbin, imbaghad kienu l-attakkanti li fallew. Il-ftit tentattivi Furjanizi tal-ewwel taqsima kienu fjakki u ghalhekk kien li naqsu li jiskurjaw biex it-taqsima spiccat minghajr gowls.

 

Wara l-mistrieh il-loghob kien ahjar u Mqabba hargu jfittxu aktar minn draw, ghalkemm Floriana baqghu l-ahjar u laqtu l-lasta minn Darmanin, l-iskorer tal-gowl li tahom ir-rebha.

 

L-Imqabba ghamlu certi zbalji fid-difiza lejn l-ahhar tal-partita, u minn wiehed minn dawn l-izbalji kienu kkastigati.

 

Il-barranin il-godda tal-Floriana m’ghandhomx kmandfil-grawnd bhal plejers barranin ta’ timijiet ohra, tant li t-tnejn inbidlu waqt il-partita u bi plejer wiehed barrani u 10 Maltin, Floriana hadu t-tliet punti.

 

Wara seba’minuti kellna attakk ta’ Floriana, pass ta’ Woods lejn Cassar, dan ikkontrolla u xxuttja fil-baxx bil-gowler Calleja jsalva.

 

Fit-22 minuta, kross ta’ Pessanha lejn Grabowski li minn qaghda tajba laqat hazin u l-azzjoni sfumat.

Fid-29 minuta, freekick ta’ Doffo salva l-gowler Calleja.

 

Fil-41 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ C Calleja, salva mal-art il-gowler Bartolo.

 

Minuta wara, korner ta’ Cas-sar ghal Floriana u daqqa ta’ ras ta’ Micallef ghaddiet ftit barra.

 

Fil-45 minuta, xutt ta’ C Calleja mill-boghod, salva l-gowler Furjaniz Bartolo.

 

Fit-tieni taqsima Floriana bdew bi freekick ta’ Cassar li l-gowler Calleja salva f’korner u minn dan il-korner l-azzjoni rrepetiet ruhha, bil-gowler jerga’ jdawwar il-korner ta’ Cassar f’korner iehor.

 

Fit-52 minuta, kross ta’ Magro, Mamic ma laqatx bir-ras, ballun ghand Briffa li xellef il-ballun hazin ghal barra.

Fil-55 minuta, Woods qabez lil Bonnici, qabbez minn fuq il-gowler Calleja ta’ Mqabba, izda Timotic salva minn fuq il-linja.

Fis-56 minuta, kross ta’ Mamic ghall-Imqabba, u d-daqqa ta’ ras ta’ Magro salvata mil-gowler Bartolo.

Fit-68 minuta, freekick ta’ Cassar ghal Floriana, salvat f’korner mil-gowler Calleja.

Fis-76 minuta, kross ta’ Magro ta’ Mqabba, u daqqa ta’ ras ta’ Mamic tghaddi ftit barra.

Fit-80 minuta, xutt mil-lemin ta’ Darmanin stampa mal-wieqfa u kien ikklerjat.

Fit-82 minuta, Mazitelli qassam lejn Mamic, salva Bartolo.

Fid-89 minuta, l-uniku gowl tal-partita. Kross ta’ Mintoff mil-lemin, hadd ma kklerja, ballun ghand RYAN DARMANIN li dar u spara fir-rokna tax-xibka.

MQABBA: K Calleja, Potezica, Timotic, Briffa, Azzopardi (Magro 46), Martinelli, C Calleja, Bonnici, Sammut, Micallef, Mamic. KOWC: Clive Mizzi.

FLORIANA: Bartolo, Micallef, Pisani, Doffo, Calleja, J Borg, Cassar, Grabowski (Paris 7), Caruana (Mintoff 35), Woods, Pessanha (Darmanin 58) KOWC: Michael Woods

REFEREE Marco Borg

SKURJAW: Ryan Darmanin (F) 89 min.

PLEJER TAL-LOGHBA: Christian Cassar Floriana

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata