L-ewwel taqsima ta’ din il-partita ma lahqitx il-livell mistenni minn zewg timijiet validi bhal Hibs u Sliema. Sliema kellhom lill-gowler Bonello attent, specjalment fil-blalen fil-gholi.
Hibs, bhas-soltu, b’Dos Santos jipprova, izda bid-difiza Slimiza zzomm sod. Sliema kienu neqsin fl-attakk u lanqas approfittaw ruhhom mill-ftit li kellhom.
It-tieni taqsima kienet storja differenti fejn kellna lill-Wanderers ahjar ghal hafna hin u insidjuzi permezz ta’ Santos Silva.
Sat-tkeccija Sliema kienu ghadhom jikkontrollaw tajjeb il-partita, izda imbaghad wara li skurjaw fl-ewwel attakk taghhom, minn hemm ’l quddiem sofrew il-pressjoni tal-Hibs ghal gowl tad-draw.
Fil-fatt Hibs skurjaw fl-ahhar hin tal-partita l-gowl tad-draw minn Dos Santos li sa dak il-hin kien qed jitrazzan tajjeb mid-difensuri Slimizi. Kif jghidu, fil-futbol ma tistax tittraskura lanqas ghal mument wiehed, plejer tajjeb ghax jiddispjacik, kif fil-fatt gralhom is-Sliema fl-ahhar minuti meta sofrew il-gowl tad-draw mill-aqwa skorer bhalissa fil-kampjonat - Luis Dos Santos.
Wara seba’ minuti loghob, Sliema bdew b’xutt mill-boghod ta’ Mitev li l-gowler Muscat salva.
Fil-11-il minuta, kross ta’ Pisani lejn Dos Santos, u xutt ta’ dan imblukkat mill-gowler Bonello.
Fit-33 minuta, korner ta’ Cohen u daqqa ta’ ras ta’ Dos Santos tmur barra.
Fil-35 minuta, xutt ta’ Herrera salvat mal-art mill-gowler Bonello.
Fit-42 minuta, xutt ta’ Sequeira ghas-Sliema imur ftit gholi u l-ahhar azzjoni tat-taqsima kienet ukoll tas-Sliema meta azzjoni personali ta’ Frendo li resaq qrib u x-xutt baxx tieghu kien salvat mil-gowler Muscat.
Sliema bdew it-tieni taqsima bi pressjoni ghal gowl tal-vantagg. Fis-56 minuta, xutt ta’ Mitev mil-lemin li Muscat salva mal-art.
Fis-60 minuta, Frendo qassam lejn Santos Silva, dan tefa’ kross xott imkaxkar, dahal Sequeira ftit tard, biex il-ballun baqa’ sejjer barra u l-okkazjoni ntilfet.
Fis-67 minuta, korner ta’ Mitev b’Muscat jippancja u jbieghed il-periklu.
Fis-77 minuta Mifsud tkecca ghat-tieni karta safra - decizjoni xi ftit harxa.
B’10 plejers Sliema kisbu l-gowl tal-vantagg fit-83 minuta. RODERICK BAJADA hasad ghal kollox lill-gowler Muscat b’xutt fil-baxx mill-boghod biex pogga lis-Sliema fuq quddiem.
Fis-87 minuta, freekick ta’ Cohen lejn Failla li fajjar xutt b’sahhtu fil-baxx u l-gowler Slimiz Bonello salva.
Fid-89 minuta li skor isir 1-1. Freekick ta’ Cohen, dahal is-solitu LUIS DOS SANTOS u b’daqqa ta’ ras ghar-rokna tax-xibka gheleb lil Bonello u ta punt lil Hibernians.
HIBS: Muscat, Camilleri, Balbinot, Soares, Kristensen, Cohen, Failla, Pisani (Anizoba 74), Dias (Caruana 80), Herrera, Dos Santos. KOWC: Mark Miller.
SLIEMA W: Bonello, A Muscat (B Muscat 46), Mifsud, Mifsud Triganza, Mitev, Bezzina, Sequeira, Galabov (Briffa 58), Bajada, Santos Silva, Frendo (Ani 71). KOWC: Danilo Doncic.
REFEREE: Adrian Azzopardi.
SKURJAW: Roderick Bajada (S) 83 min, Luis Dos Santos (H) 89 min.
PLEJER TAL-LOGHBA: Jorge Santos Silva Sliema Wanderers.

| < Prev | Next > |
|---|






