Dan l-ahhar, gewwa Nova Gorica fis-Slovenja s-Subbuteo Club ta’ Bormla ha sehem fit-tieni edizzjoni tal-Europa League.
It-tim kien kompost minn Adrian Bonnici, Josef Camilleri, Steve Austin, Mauro Camilleri u Charlie Aquilina bhala captain. It-tim Bormliz spicca fis-sitt post. Hadu sehem timijiet mill-Italja, il-Grecja, Spanja, il-Germanja, il-Belgju kif ukoll Malta.
Timijiet mill-Italja u l-Grecja ghaddew lit-tim Malti. Is-sena l-ohra t-tim Bormliz kiseb id-disa’ post, ghalhekk is-sitt post ta’ din is-sena kien sodisfacjenti.
Il-pajjizi l-ohra kollha kellhom aktar minn tim wiehed hlief Malta, li kienet rapprezentata mill-klabb tas-Subbuteo ta’ Bormla. Il-players ta’ dan it-tim jitharrgu fil-kazin tal-banda fejn se jsiru l-kampjonati tal-klabb Bormliz.
Fl-ahhar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret f’Palermo membri mill-klabb Bormliz kienu maghzula biex jirrapprezentaw lil Malta.

| < Prev | Next > |
|---|






