Kellha ghalfejn tasal sa hawn din tat-Trasport Pubbliku?
Malta hija gzira zghira fil-Meditterran. Ma hemmx ghal-fejn nghidu jiena dan. Harsa lejn gzejjer ohra zghar imferrxa madwar id-dinja, qajla ghandhom struttura ta’ trasport pubbliku. Malta konna ffurtunati u kellna qafas tajjeb. Kien hawn il-garr. M’hemmx dubju. Imma, apparti l-fatt li l-Malti jgorr, u huwa maghruf ghal hekk, kien hemm lok fejn il-garr kien gustifikat.
Però, kien x’kien il-garr, dan qatt ma kien jiccentra dwar il-fatt illi tal-linja ma tigix jew sahansitra taghmel xi saghtejn tistenniha.
Insomma, il-Gvern ippompja mija u ghoxrin miljun sabiex, qal, igibilna taqliba radikali fit-trasport pubbliku. Riforma li kellha tnessik li ghandek karozza privata tieghek.
U taqliba ta’ vera gab. Harbat lil kulhadd. Falliment totali.
Il-mozzjoni li ressaqt fil-Parlament fuq dan is-suggett uriet bic-car il-falliment ta’ din ir-riforma.
Imma l-konsegwenzi li gabet maghha l-mozzjoni kienu aktar radikali.
L-ewwel rajna kif il-Prim Ministru, wara li hareg ghonqu sabiex isalva lill-Ministru Austin Gatt, skreditah il-gurnata ta’ wara.
Meta nghid hareg ghonqu, hargu sew. Minn mozzjoni li tindaga dwar l-ghemil politiku ta’ Ministru wiehed, jorbotha u jdawwarha fuq il-Kabinett in generali. Inkredibbli.
Però l-ghada li rebah il-vot ta’ fiducja, li ma kienx hemm dubju dwar dan, l-ghada, habbar li kien qed iwaqqaf task force sabiex tiehu hi t-tmexxija u l-implimentazzjoni tar-riforma tat-trasport pubbliku.
Mela dak li ma halliex lill-Parlament jaghmel, ghamlu hu.
L-implikazzjoni f’dan il-pass, hija serja.
Fejn qatt wiehed johlom li l-Prim Ministru, sabiex imexxi l-implimentazzjoni ta’ semplici riforma fit-trasport pubbliku, ser jinvolvi l-Armata, apparti l-Korp tal-Pulizija. Din hija manuvra goffa.
Qalulna li l-mezzi tal-ajru fi hdan l-Armata ser ikunu qed jiskandaljaw it-toroq, il-Pulizija tintervjeni fejn ikun hemm xi mblokk u l-precedenza fuq it-toroq taghna hija tal-karozzi tal-linja!! L-anqas l-ambulanzi ma huma ttrattati hekk fejn id-dewmien taghha jista’ jfisser hajja jew mewt!
Dan huwa stat ta’ fatt tal-misthija.
Biex tibda, din il-manuvra qieghda zzid l-ispiza fuq il-kaxxa ta’ Malta. Ara l-ammont ta’ fuel li qed jahlu l-mezzi tal-ajru tal-Armata biex sempliciment dawn jaraw fejn ser tehel l-Arriva. Tad-dahk.
Fit-tieni lok, din hi manuvra li tkexkex. Pajjizna qed jigi mexxi bl-intervent tal-Armata, tal-Kummissarju tal-Pulizija f’daqqa. Kompozizzjoni li tfisser dghufija u li tintuza fi stat ta’ emergenza.
Prova li fil-Kabinett tal-Gvern Nazzjonalista hemm xi forma ta’ dizgwid. Li ma kienx hekk, ma konniex ser naslu f’dan l-istat.
Il-Gvern jaf li r-riforma falliet. Morna lura ghal li konna, jew le? Jidher li le ghax il-poplu xorta ghadu jilmenta minn hafna nuqqasijiet. Nuqqasijiet li qabel ma kinux hemm.
Kull meta tkellimt fuq dan is-suggett, dawk li jappoggjaw lill-Gvern, ta’ kull darba jistaqsu x’inhu l-pjan tal-Partit Laburista sabiex isolvi din il-kwistjoni. Pjan hemm, però zgur li mhux il-hin opportun li jinhareg.
Jew inkella, jista’ jinghata hjiel, imma mhux qabel jigu migbura dawk l-eluf li ntefqu f’konsulenzi. Flus li gew imhallsa inutilment u li l-Gvern huwa nkapaci jigbor lura.
U mhux qabel dan il-Gvern jerga’ jrodd lill-poplu Malti u Ghawdxi d-dinjità li dejjem kellu. Dinjità li aktar ma jmur u jghaddi z-zmien, aktar qieghda tisfuma. Dinjità mhux biss ghax b’din tal-ahhar, il-famuza Task Force, qed ixebbahna ma’ pajjiz antidemokratiku imma ghax qed iressaqna lejn xifer il-falliment.
Ghalfejn ghandna nispiccaw fost il-pajjizi falluti meta kulhadd jaf kif Gvern Laburista ta’ qabel l-1987 halla, finanzjarjament, lil din il-gawhra ta’ gzira taghna, l-ghira ta’ kulhadd.
Emergenza

| < Prev | Next > |
|---|






