Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Bagit 2012 – x’nesa fih il-Gvern?

E-mail Print PDF
Share

fFil-granet li ghaddew smajna l-parodija solita tal-Ministru tal-Finanzi, li wara hafna sessjonijiet fotografici bil-bagalja li tistennija mimlija bil-manna ghall-poplu taghna sajjem minn hajja stabbli f’dan il-pajjiz, kulhadd qam l-ghada filghodu jitkellem u jiddiskuti : dwar il-mizuri tajbin, dawk ftit inqas, u dwar dawk il-mizuri li suppost kellhom jittiehdu mill-gvern sabiex titkattar l-ekonomija ta’ pajjizna, jitnaqqas il-qghad u jitnaqqas id-deficit eccessiv minhabba tmexxija non korretta.

Izda minflok li l-gvern ghamel dan, zied aktar pagni fid-diskors tal-bagit, sabiex jidher li l-bagit hu mimli frott, izda minflok sibna li hu mimli “karawett”!!

 

Jekk il-mizuri mhabbra fil-Bagit 2012 jigu implimentati dawn se jhaffu l-piz ghal dawk tal-middle class b’rati aktar baxxi ta’ taxxa ghall-genituri li jahdmu u jkollhom it-tfal, zieda fl-allowance tat-tfal u rifuzjonijiet tat-taxxa oghla ghal tfal li jmorru fi skejjel indipendenti.

Izda dawn il-mizuri ma’ jaghmlux l-affarijiet ehfef ghall-maggoranza tal-persuni li jkollhom xorta wahda jhallsu biz-zalza l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Mhux talli hekk, izda l-Gvern, minflok naqqas dawn it-tariffi mposti fuq l-aktar familji vulnerabbli f’pajjizna, lanqas biss hu lest li jiggarantixxi li mhux se jkomplu jizdiedu.

Il-GWU qalet fi stqarrija, li l-Prim Ministru u l-Ministri tieghu ma jistghux jifhmu lil dawk il-familji bi dhul baxx izda li qed isibuha difficli li jkampaw, minhabba l-fatt li hajjithom hi wisq differenti minnhom, b’hajja komda bil-wisq aktar milli kienet qabel b’€500 zieda fis-salarji tagh-hom kull gimgha!!

U din hija verament tal-misthija, li l-gvern jigi jiftah halqu mal-poplu tieghu u jitolbu jaghmel is-sagrificcji, meta hu u l-Kabinett tieghu qeghdin bil-bwiet taghhom mimlijin b’dak li taw lilhom innifishom ... tal-misthija.

U jekk noqoghdu ftit naqraw l-elogju shih li l-Ministru tal-Finanzi ghamel fil-Parlament u fil-verità nixtarru mhux dak li fih il-bagit, izda dak li ma fihx, jew dak li l-poplu xtaq izda baqa fuq l-ixkaffa, inqanqlu zgur mhux forsi hafna mistoqsijiet li l-Gvern ghandu jirrispondi ghalihom jekk irid ikun gvern accettabbli.

Nibda bl-estensjoni fil-leave tal-maternità. Ghaliex in-nisa mhumiex ser jircievu l-paga shiha taghhom meta jkunu qed jaqilghu aktar mill-€160 limitu stabbiliti mill-Gvern ?

Fejn hu t-tnaqqis fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ghall-familji u pensjonanti?

Fejn huma l-incentivi sabiex ikollna tkattir fil-qasam tax-xoghol?

Fejn ser titnaqqas il-buro-krazija biex jinholoq ambjent aktar trasparenti ghan-negozji u sabiex Malta ma titlifx kull opportunità sabiex tinvesti?

Fejn inholqu skemi mal-banek biex jghinu lil dawk li jkollhom ipoteki u jispiccaw sfortunatament bla xoghol?

Fejn saru u nholqu kundizzjonijiet ahjar ghal dawk li jahdmu ghal rashom?

Fejn giet aggornata l-ispiza tal-mekkanizmu tal-hajja biex tirrifletti aktar il-htigijiet tal-familji u pensjonanti?

Kemm iz-zieda ta’ ftit “karawett” ghal gholi esagerat fil-hajja, ikolli nghid “karawett”, imqabbla mall-€500 fil-gimgha li ha l-Prim Ministru u l-Kabinett tieghu fil-gimgha!! Kemm din kienet ibbazata fuq il-paga medja nazzjonali kif inhadmet mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istat-istika?

Kemm il-pensjoni minima nazzjonali giet aggustata sabiex ma tkunx inqas minn 60% tal-paga medja nazzjonali?

Kemm fil-verità mhumiex ser jigu mittiefsa certi beneficcji socjali?

Kemm fil-verità ser joghlew il-prezzijiet fuq diversi prodotti matul is-sena, liema prezzijiet bl-gholi qatt ma jissemmew fil-bagit, u dan ghax ghandna gvern li ma jafx x’inhu ippjanar minn qabel?

Barra minn hekk, ma nah-sibx lanqas li hu sew li min jaghmel xi haga kontra l-ligi jigi agevolat!! U ejja, mela issa veru tlaqna jew?

Naghtu amnestiji fuq it-taxxa lil dawk li ma jkunux hallsu l-VAT kollu dovut lid-dipartiment tat-taxxi interni!! Imma kemm se ndumu naqghu ghac-cajt? Dawn l-amnestiji huma ingusti minhabba li l-haddiema bil-pagi ser ikollhom ihallsu ghal dawk li evadu t-taxxa u min evada t-taxxa ser jinghata amnestija bhala premju!! Proset Ton, haqqek punt u capcipa !!

Nemmen ukoll li l-mizuri tal-Bagit mhux ser jghinu lil dawk li jsibuha difficli biex ilahhqu minhabba l-kontijiet tal-energija u minhabba l-gholi tal-hajja u lil dawk li jghixu fil-faqar.

L-ispejjez tal-gvern m'ghandhomx ikomplu jizdiedu minhabba li dawn ghandhom impatt negattiv fuq l-ekonomija.

Ghandu jkun hemm rev-izjoni ghall-gholi tal-hajja mill-anqas darbtejn fis-sena kif imkejjel mal-indici tal-prezzijiet bl-imnut.

Il-Gvern ma qal assolutament xejn dwar protezzjoni ghal dawk li huma f’impjiegi prekarji, anki fis-settur pubbliku fejn il-gvern huwa dak li jimpjega.

Nixtiequ kieku nsiru nafu l-gvern kif ser jikseb: €46,000,000 aktar mill-bolla, €10,000 mill-mizati tar-registrazzjoni tat-twelid, €200,000 mizati miz-zwieg, li huwa d-doppju ta’ dak li gie rregistrat matul is-sena li ghaddiet, €52,000,000 lura mill-Air Malta meta fil-bagit il-gvern qal li se jkunu ntefqu €20 miljun biex jaghmilha aktar vijabbli, €60,000 aktar mill-anzjani fl-istituzzjonijiet u djar ghall-anzjani meta dawk li huma aktar minn 80 se jibda jkollhom €300 fis-sena jekk jghixu wahidhom fid-dar, bhallikieku jekk ntuhom €300 fis-sena ser naghlqulhom halqhom ghad-diversi ingus-tizzji li qed isiru fil-konfront taghhom.

Dan hu dak li l-gvern qal li hu bagit ta’ kuxjenza, u bagit li jistimula l-ekonomija?

Li nitkellmu bil-Malti mhux daqastant tqil bhal ma kien isir f’bagits ohra fil-passat, nistqarr li kienet mossa tajba, sabiex hafna nies jigu ngannati b’hafna kliem sabih u xinxilli, izda jkolli nghid u nistqarr, li fejn konna ser nibqghu b’€4.66 zieda fil-gimgha komparata mal-€500 zieda li ha l-Prim Ministru u l-Kabinett tieghu fil-gimgha mal-pagi li digà jiehdu bhala ministri.

Tajjeb li wiehed jimmagina, illi dak li l-gvern ta’ Gonzi zied lilek fil-but, meta taghmel il-kalkoli kollha tieghek ghal sena shiha, ma jgibx lanqas in-nofs ta’ dak li Gonzi u shabu qeghdin jiehdu bhala zieda f’gimgha wahda.

U jekk din hija kuxjenza socjali li tant Gonzi u shabu jiftahru biha li ghandhom versus il-poplu Malti u Ghawdxi, mela l-kuxjenza taghhom hija mxekkla mill-fantasija u mhux mir-realtà.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata