Refund
Ghamlet sew il-MEPA li talbet il-hlas lura ta’ allowance tal-karozza li thallas Ray Piscopo waqt li kien qieghed juza fl-istess hin karozza ufficjali tal-MEPA.
Apparti li qed jigi mitlub ihallas lura l-allowance, Piscopo li ghamel zmien kunsillier tal-PN fil-Kunsill tal-Marsa, gie mgieghek jirrizenja mill-kariga ta’ Direttur Corporate Services tal-MEPA. S’hawn kollox sew u kif ghandu jkun. Imma meta tikkunsidra tberbiq ferm akbar bhall-iskandlu tal-Fairmount li kien jinvolvi telf ta’ €40 miljun, u l-€400,000 li thallsu bhala konsulenzi ghat-tfassil tar-rotot il-godda tat-trasport pubbliku, liema refund intalab f’dawn il-kazijiet?!
Apologija minn apologista
Is-Sur Bondi, l-espert tal-fisi fil-lokijiet, ghamel apologija lid-deputat Nazzjonalista Franco Debono. Apologija kwalifikata u mqanzha a la Lou Bondì, fejn qal illi “il-programm qatt ma kellu ebda intenzjoni li joffendi lil xi hadd”. Bondi kompla jghid illi “f’kaz li xi hadd, inkluz Franco Debono, seta hassu offiz b’xi programm, jiena (Lou Bondi) m’ghandi ebda diffikultà li bl-istess mod naghmel apologija.”
Fiha hafna x’toghmod u x’tixtarr din l-apologija ta’ dan l-apologista par excellence tal-PN. L-ewwelnett sewwa qal illi l-programm ma kellu ebda intenzjoni li joffendi lil xi hadd, ghax il-programm ma jistax ikollu intenzjonijiet, imma min jipprezentah jista’ ikollu hafna.
It-tieni huma hafna li jhossuhom offizi bil-programmi ta’ Bondi, imma ghal ragunijiet li jaf hu, semma biss lil Franco Debono minn tant nies li kienu offizi bil-programm tieghu, ewlenin fosthom l-eks Ministru John Dalli u d-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando. Imma frattant kien Franco Debono li gie singled out ghall-attenzjoni ta’ Bondi.
Dan biex ma nsemmix il-mijiet ta’ eluf ta’ Laburisti li jhossuhom offizi fil-‘pudur’ taghhom bil-programm Bondiplusuminus.
Imma biex nigi ghall-punt, tal-PN b’mod partikolari Lawrence Gonzi qeghdin jaghmlu minn kollox biex jippruvaw imorru ghal ghajn Debono, halli mbaghad johomtu fih u jarmuh bhal tissue uzata l-ghada tal-elezzjoni. Proprju ghalhekk l-apologija ta’ Bondi kienet indirizzata direttament lejn Franco Debono. ‘Il ghaliex m’hemmx ghalfejn nghidu, Loo Bondi dejjem iqabbel kif jaqbel lilu u kif jaqbel lin-Nazzjonalisti, u hafna drabi dan it-taqbil, jikkoincidi biex ma nghidx li jkun identiku.
Fil-kumpannija tal-Grecja
Ma tantx kien xi certifikat tajjeb dak li l-Kummissjoni Ewropea qieghdet lil Malta fl-istess qoffa mal-Grecja dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea li ghandhom x’jaqsmu mal-akkwisti pubblici (procurement regulations). It-trasparenza, l-garanzija ta’ rimedji effettivi u fil-hin, huma essenzjali biex fl-ghoti ta’ kuntratti pubblici ma jkunx hemm tbaghbis u korruzzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea gibdet l-attenzjoni tal-Gvern Malti ghall-fatt li r-regolamenti ta’ Malta mhumiex konformi mar-regoli Ewropej, peress li ma jipprovudx rimedji effettivi lil dawk li jkollhom ragunijiet validi ghalfejn jikkontestaw l-ghoti ta’ xi kuntratt pubbliku partikulari. Ta’ min jghid illi wahda mir-ragunijiet ewlenin ghalfejn il-Grecja tinsab fhiex tinstab hija l-korruzzjoni fl-ghoti ta’ kuntratti pubblici.
Purtelli u lokijiet
Pierre Portelli, bhal siehbu Loo Bondi, jsib l-ambjent tieghu fil-lokijiet, tant li ammetta li tigih l-ispirazzjoni ghall-programmi tieghu meta jkun fil-kamra l-baxxa. Waqt li kien fil-programm mill-aktar divertenti Min imissu? tal-Hadd li ghadda, qal illi l-loki huwa l-uniku post li jahra (ried jghid jahrab) fih. Fil-verità fil-kaz ta’ Pierre Portelli, il-loki mhuwiex l-unika post li jahra fih, ghax fil-programm TVAM ghandu habta wkoll jahra fuq dawk kollha li ma jaqblux mal-Partit Nazzjonalista ta’ qalbu jew ma’ dawk li jistghu jaghmlu hsara lill-immagini tieghu.
Kien qieghed jikkumenta dwar l-istorja ta’ dawk il-familjari ta’ ragel anzjan li bir-ragun siblu mhux ftit meta dan l-anzjan intbghat lura d-dar bil-harqa biss, meta kien evidenti li dan l-anzjan ma setax jiehu hsieb tieghu nnifsu.
Joe Mifsud ha spunt mill-fatt li l-awtoritajiet tal-isptar ma riedux jaghtu kumment dwar dan il-kaz u sahaq li kemm il-Gvern u anki l-awtoritajiet tal-isptar ghandhom jaghtu r-reazzjoni taghhom.
Fil-pront iddeffes Pierre Portelli u qal illi anki l-unjin tal-infermiera ghandha terfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li gara ghall-agir tal-infermiera f’dan il-kaz.
Dahhal il-unjin tal-infermiera bhal Pilatu fil-Kredu, meta l-ewwelnett wiehed irid jara jekk minn kien responsabbli ghal-licenzjament ta’ dan l-anzjan kienx effettivament membru tal-unjin, u t-tieni r-responsabbiltà ahharija ta’ dak li jigri fl-isptar fl-ahhar mill-ahhar hija tal-manigment tal-isptar u l-unjin ma tidhol xejn f’dakollu.

| < Prev | Next > |
|---|






