Qabel din il-partita Hibs kienu gejjin minn draw kontra s-Sliema W ta’ 1-1 gimgha ilu.
Fil-fatt wiehed jista’ jghid li l-unika haga pozittiva minn din il-partita ghat-tim tar-Rahal Gdid hija r-ritorn taghhom ghar-rebh, biex b’hekk jibqghu jzommu l-isfida taghhom lic-champions Valletta ghar-rebh tal-kampjonat.
In-nuqqas ta’ plejers bhal Camilleri, Balbinot, Dias u b’mod specjali ta’ Luis dos Santos, ghamlu differenza fit-tim tal-Hibs, ghalkemm kif kien kompost it-tim ghal din il-partita kien tajjeb bizzejjed biex jiehu t-tliet punti.
Qed nghid hekk minhabba l-fatt li Hibs, ghalkemm certament li kienu l-ahjar tim fil-grawnd, ma holqux wisq opportunitajiet b’mod specjali fit-tieni taqsima, li ghalkemm laqtu l-lasta ma rnexxilhom isarrfu s-superjorità taghhom f’gowls.
Marsaxlokk min-naha tagh-hom ma kellhom xejn x’joffru u t-tnehhija ta’ Obiefule u Raimy mit-tim u n-nuqqas ta’ Lattes hassewh hafna.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota tal-partita wasslet ghall-ewwel gowl tal-Hibs. Fis-17-il minuta, pass ta’ Kristensen lejn Cohen li xxuttja, izda l-gowler Xlukkajr laqa’ imma ma zammx, bil-ballun jispicca ghand STEVE PISANI li mill-qrib gheleb lil Cassar.
Fit-23 minuta, kross xutt ta’ Failla li l-gowler Cassar hareg tajjeb ghalih qabel seta’ jilhaq Pisani.
Fit-28 minuta, xutt ta’ Caruana ghadda ftit barra.
Fil-31 minuta kross mill-qrib ta’ Cohen, ballun imxellef minn difensur, izda l-gowler Cassar kien attent biex seta’ jiehu l-ballun qabel jispicca fix-xibka.
Fis-37 minuta, kross ta’ Failla, Cohen zbilancja ruhu bil-ballun imur ghand Caruana, li x-xutt dghajjef tieghu ghadda ftit barra.
Fl-40 minuta, l-gowler Cassar jilqa’ tajjeb xutt ta’ Pisani minn tliet kwarti tal-grawnd.
Fit-42 minuta, Hibs jirdoppjaw u jerga’ jkun l-istess STEVE PISANI li jeghleb lil Cassar. Xutt mil-boghod ta’ Caruana, Cassar isalva imma ma jzommx, ballun ghand Pisani li mill-qrib ma jizbaljax biex dahhal lit-tim tieghu jistrieh b’zewg gowls vantagg.
Fit-tieni taqsima Marsaxlokk xorta ma wrew ebda reazzjoni denja ta’ nota u Hibs baqghu dominanti, ghalkemm min-ghajr ma jzidu aktar gowls.
Fil-50 minuta, kross ta’ Failla u xutt ta’ Cohen jghaddi ftit barra.
Fil-55 minuta, freekick minn barra l-kaxxa ta’ Cohen, b’Cassar idawwar f’korner qabel ma l-ballun seta’ jispicca fix-xibka.
Fis-67 minuta, pass ta’ Pisani lejn Failla li x-xutt ta’ dan tal-ahhar jahbat mal-mimduda.
Fit-88 minuta xutt mill-bogh-od ta’ Caruana u ghal darb’ohra l-gowler Cassar ta’ Marsaxlokk isalva f’korner.
M’XLOKK: Cassar, Polidano, P Borg, Xerri (Cutajar 56), S Borg, Mamo, Modesto, Licari, Caruana, Farrugia (Vella 86), Grech. KOWÇ: Anton Cremona.
HIBS: Muscat, Herrera (Azzopardi 91), Xuereb, Soares, Kristensen, Sammut, Failla, Caruana, Cohen, Pisani, Bezzina (Chircop 81). KOWÇ: Mark Miller.
PLEJER TAL-LOGHBA: Steve Pisani Hibernians.
REFEREE: Andrè Arciola
SKURJAW: Steve Pisani (H) 17 u 42 minuta.

| < Prev | Next > |
|---|






