Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

51 proposta bis-sens

E-mail Print PDF
Sharebuontempo_stefanMa nistennewx li jghidilna, la Gonzi u lanqas il-Partit Nazzjonalista, li baqa’ mibluh bir-reazzjoni intelligenti u ta’ hila kbira li biha Joseph Muscat wiegbu ghall-10 mistoqsijiet li kien ghamillu!

Gonzi qieghed biss jistaqsi ghax twegibiet jidher li m’ghandux; jidher car li Gonzi qed idur dawra tond ma jafx x’se jaqbad jaghmel, waqt li Joseph ipprezenta xejn inqas minn 51 proposta bi twegiba ghall-mistoqsijiet tal-‘Par Idejn Sodi’!

It-twegiba ta’ Joseph tingab-ar f’hames kelmiet: tkabbir ekonomiku, fiducja, ghaqal, stabbilità. Dawn huma l-principji li se jkun qed imexxi bihom Gvern Laburista wara l-elezzjoni li jmiss. Principji li l-introduzzjoni taghhom f’pajjizna ghandna bzonnha bhall-hobz li nieklu, jekk irridu nsalvaw lil pajjizna minn dizastru ekonomiku kbir.

Il-poplu Malti ghandu bzonn il-hidma sfiqa, il-hidma ghaqlija. Lanqas ma ninhtiegu li noqoghdu nqabblu lilna nfusna ma’ min ghandu sitwazzjoni aghar minn taghna biex nintlew bit-tama! Dak qieghed jaghmlu Gonzi u l-PN biex forsi jwaddbu l-bzar fl-ghajnejn!

Ahna m'ahniex daqstant inferjuri li biex inhossuna f’postna, noqoghdu nsemmu lill-pajjizi li tkissru iktar milli hu mkisser pajjizna; li noqoghdu ninqdew bix-xandir tal-Istat u nibaghtu l-gurnalisti jwasslu messaggi negattivi lil Maltin hutna biex taparsi nhossuna xi ftit rasna 'l fuq.

Ahna rridu li Malta taghna tkun ahjar minn dawk l-imsejkna pajjizi, li l-Maltin ikollhom hajja ta’ ferh iktar mill-popli ta’ dawk il-pajjizi, li Malta tkun stabbli u post denju ghall-Maltin li jisthoqqilna fost l-ahjar ekonomiji Ewropej.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni, Dr. Joseph Muscat ma qaghadx jomoghdha u qalilna car u tond li fost l-ewwel mizuri li jiehu, hi dik li jnehhi z-zieda vili ta’ 500 ewro fil-gimgha li qeghdin jiehdu l-Prim Ministru u dawk fic-cirku mieghu.

Muscat digà qed jurih dan, ghaliex iz-zieda hu bhala Kap tal-Oppozizzjoni mhux qed jehodha. Ta’ ragel onest li hu, Muscat ma jiflahiex li hu jiehu zieda daqstant kbira meta l-poplu qed jiehu zidiet mizeri fil-bagit u mbaghad matul is-sena jara zidiet sostanzjali fil-prezzijiet tal-htigiet bazici tal-hajja.

Qalilna Joseph Muscat li wahda mill-ewwel mizuri li jkun qed jiehu tkun li jirregola u jnaqqas l-kontijiet tad-dawl u l-ilma biex kulhadd ikun jista’ jlahhaq maghhom min-ghajr ma jkollu hadd il-bzonn li jxerred id-dmugh biex ihallashom jew li jghix fil-biza’ li jkun se jaqtghulu s-servizz tad-dawl u l-ilma ghax ma jkunx ghad baqaghlu bizzejjed flus fil-but biex ihallas il-kontijiet.

Qalilna wkoll li waqt li jnaqqas il-piz tal-hlas ta’ dawn iz-zewg bzonnijiet bazici li fiz-zmien tallum hadd ma jista’jghix minghajrhom, jkun qed inaqqas ukoll l-emissjonijiet u d-dhahen mill-arja.

B’hekk ikollna arja nadifa u allura nnaqqsu mill-incidenza tal-azma u ta’ mard iehor. Biex jurina kemm hu serju meta jghid dan, Dr. Muscat semma dak li John Dalli, l-Kummissarju fl-Unjoni Ewro-pea, kien issuggerixxa lil Gonzi; jigifieri progett li bih sew il-kontijiet tad-dawl kemm id-dhahen fl-arja jitnaqqsu drastikament.

Gonzi, fis-sapjenza tieghu, rrifjuta dal-progett siewi ghal xi ghan ulterjuri tieghu, ghax ladarba hu zied lilu nnifsu 500 ewro fil-gimgha, x’jimpurtah mit-tbatija tal-poplu Malti.

Dr. Muscat semma wkoll li se jaghti nifs lin-negozji u lin-negozjanti billi jnehhilhom il-burokrazija li qeghdin jiffaccjaw. B’hekk ir-rota tal-ekonomija tinghata z-zejt u bil-mod il-mod tibda ddur sakemm taqbad ritmu accettabbli u ma tibqax stagnata.

Ukoll ma' kull zvilupp li jsir fi gziritna, ikun hemm post ghall-ipparkeggjar biex ma jkunx hemm ostakli bla bzonn ghall-bejgh u x-xiri li hu essenzjali ghan-negozji kollha, ghaliex kulhadd, negozjanti, xerrejja u residenti, jkollhom fejn ihallu l-karozza sakemm jiehu s-servizz mehtieg.

Gvern Laburista joffri aktar sigurtà u sostenibbiltà ghan-negozji kollha, kbar u zghar. B’hekk l-ekonomija Maltija tibda tikber u mhux tickien kif qed isir taht il-Gvern tal-PN.

Semma wkoll Dr. Joseph Muscat li biex il-mara Maltija jkollha c-cans ta’ veru li tidhol u tibqa’ fl-impjieg u allura tilhaq il-livell Ewropej, mhux biss jizdied il-frank tal-maternità, imma wkoll il-frank ghal missirijiet godda jkun tali li waqt li l-missier ikun qieghed jgawdi lil uliedu jitrabbew, ikun qieghed ukoll jghin lil martu jew is-siehba tieghu zzomm l-impjieg taghha.

Dr. Muscat ghamel ukoll proposti ta’ kuragg ghall-koppji tal-istess sess, ghall-koppji li waqt li ma jkunux mizzewga jkunu jikkoabitaw, u ghall-koppji li jkollhom bzonn interventi medici biex inisslu lil uliedhom u jkattru familthom bl-ulied. Dawn huma whud mill-51 proposta li juru kemm il-Kap tal-Oppozizzjoni jaghraf jahseb f’kulhadd, f’kull settur tan-nies u f’kull bzonn li l-familji u l-individwi jista’ jkollhom.

Dan jikkontrasta bil-kbir mal-fatt li l-Prim Ministru haseb ghal rasu u ghal familtu biss meta ha zieda skandaluza, u halla lill-haddiem sew tal-id kemm tal-pinna jsaffru l-Aida bix-xi haga zghira li ssemmiet fil-bagit li lanqas ghaz-zieda fil-prezzijiet matul is-sena l-ohra m’hi bizzejjed, ahseb u ara ghal kull zieda ohra fil-bolla u z-zieda fil-prezzijiet matul is-sena li gejja.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata