Id-diskors tal-bagit imur u jigi. Ghax l-effetti tal-bagit, irridu jew ma rridux, inhossuhom ahna ilkoll. Kemm jekk ikunu tajbin, kif ukoll jekk ikunu hziena. Kemm jekk jaffettwawna b’mod pozittiv, u kemm jekk jaffettwawna b’mod negattiv.
Fuq kollox illum huma ftit li xejn dawk li ma jafux li l-importanti m’huwiex dak li jinghad fid-diskors tal-bagit, imma li jsir wara. Issa drajnih lill-ministru tal-finanzi Nazzjonalista, (ikun min ikun) jiftahar li jkun qieghed iressaq bagit minghajr taxxi, imbaghad malli taqbez is-sena, nibdew nisimghu b’zidiet f’tariffi, licenzji, u ma nafx xhix izjed, li izda jfissru li jkollna nohorgu aktar flus mill-but.
Bhalma drajna lill-Gvern Nazzjonalista, li f’kull legislatura, fl-ewwel tliet bagits “jissikka c-cintorin”, imbaghad fl-ahhar zewg bagits erhilu jibda jroxx il-bzar fl-ghajnejn.
Ha nsemmi ezempju. Il-weghda ta’ Lawrence Gonzi li jnaqqas ir-rata tal-income tax minn 35% ghal 25%. Weghda li kellha tidhol fis-sehh fis-sena 2009. Weghda li kellha thalli fi bwiet il-familji Maltin u Ghawdxin 40 miljun ewro kull sena.
Tajjeb li niftakru li din il-weghda kien ghamilha l-Prim Ministru Lawrence Gonzi nnifsu fl-ahhar kampanja elettorali.
Tajjeb li niftakru li din il-weghda saret minkejja li Lawrence Gonzi nnifsu kien qieghed jara “il-mewg fuq ix-xefaq”, imma skont hu, ladarba l-finanzi kienu fis-sod, ladarba huwa nnifsu kien “gab il-finanzi fis-sod”, allura din il-weghda setghet titwettaq.
F’intervista ricenti, l-istess Lawrence Gonzi qal li huwa kien ilu sa mis-sena 2007 iwissi dwar il-problemi ekonomici u finanzjarji. Kien qieghed ibassarhom. Kien qieghed jistennihom. Min-kejja dan izda, l-istess Lawrence Gonzi ma ddejjaq xejn lejliet l-ahhar elezzjoni generali jweghdna li jnaqqas l-income tax b’40 miljun ewro kull sena.
Issa l-istess Lawrence Gonzi qieghed jghid li l-gvern immexxi minnu jkun irresponsabbli jekk iwettaq din il-weghda. Ghax il-pajjiz ma jiflahx li jaghmel xi haga li tkun tfisser dhul ta’ 40 miljun inqas fil-kaxxa ta’ Malta.
Fl-istess hin, izda, l-istess Lawrence Gonzi bilkemm ma jippretendix li ninzlu ghar-rkubbtejna quddiemu u nirringrazzjawh ghax minflok il-200 miljun ewro li kellu jiffranka lill-familji Maltin u Ghawdxin, issa qieghed jippjana li jiffrankalna ghaxar miljun ewro.
Sur Prim Ministru, jekk trid tkun onest, trid tammetti mal-poplu, trid tammetti mal-familji Maltin u Ghawdxin li kont irressponsabbli ghall-ahhar meta ghamilt din il-weghda lejliet l-ahhar elezzjoni generali.
Sur Prim Ministru, jekk trid tkun onest, trid tammetti mal-poplu li dik il-weghda ghamiltha meta kont taf li ma stajtx twettaqha.
Sur Prim Ministru, jekk trid tkun onest, trid tammetti mal-familji Maltin u Ghawdxin, li dik il-weghda ghamiltha biss biex tisraq il-voti; biex tirbah l-elezzjoni. Kif eventwalment ghamilt.
U ftakar, Sur Prim Ministru, li minkejja li kont ilek li bassart problemi ekonomici u finanzjarji serji sa mis-sena 2007, xorta wahda weghdtna li t-tnaqqis fl-income tax taghtihulna fis-sena 2009.
Fl-ahharnett nittama li ma tipprovax tghaddi z-zmien bin-nies billi bhal daz-zmien sena, (jekk tkun qieghed tressaq bagit iehor), tghidilna li s-sitwazzjoni nbidlet u allura twieghed li tnaqqas l-income tax.
Il-familji Maltin u Ghawdxin jixirqilhom ahjar minn xi hadd li ma jiddejjaq xejn jipprova jinsulenta l-intelligenza taghhom il-hin kollu.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






