Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx

E-mail Print PDF
Share

Dahk fil-wicc

Wiehed japprezza l-isforzi li qeghdin isiru mill-membri tal-Korp tal-Pulizija biex tehfief xi ftit il-kongestjoni tat-traffiku. Imma bir-rispett kollu lejn il-Pulizija u lejn min imexxiehom, il-problemi li jezistu fl-immaniggjar tat-traffiku f’pajjizna, huma ferm aktar ikkumplikati u mhux la kemm jirrizolvu ruhhom, kif qieghed jippretendi Gonzi, li fejn hemm l-ghoqiedi fit-traffiku, jinhargu ftit tuzzani kuntistabbli tal-pulizija biex joqghodu jferfru jdejhom f’nofs ta’ triq.

Bl-intenzjonijiet tajba kollha li jista’ jkollhom il-pulizija, il-problemi tat-traffiku fit-toroq taghna huma aktar profondi minhekk. Terga’ u tghid tezisti l-fehma popolari li fejn ikun hemm il-pulizija tat-traffiku jidderigu, ghal xi raguni t-traffiku aktar jehel milli jinhall.

Il-qofol tal-problema tal-kongestjoni tat-traffiku hija n-nuqqas ta’ ppjanar serju fit-tfassil tat-toroq u l-junctions, u fin-nuqqas ta’ flyovers. Sakemm ma jintmessux l-gheruq u l-kawzi tal-problemi, se nibqghu noborxu ftit il-wicc, u l-ezercizzju li qeghdha taghmel l-hekk imsejjha ‘Task Force’ permezz ta’ ajruplani, helikopters, pulizija u suldati, huma biss dahk fil-wicc.

“Min imissu”

314487_111960618907690_111960418907710_58728_7780187_nBla tlaqliq nghid li l-programm fuq il-PBS, “Min Imissu”, bl-istandards tat-televizjoni f’Malta, huwa programm eccezzjonali ghal aktar minn raguni wahda. Il-forte ta’ dan il-programm hija l-versatilità tal-atturi li jirnexxilhom jidhlu f’diversi rwoli u karattri u jinterpretaw persunaggi differenti matul l-istess programm.

 

Li hu kurjuz kif skont Loo Bindi, il-‘kugin’ tieghu Lou Bondi ma laqax l-istedina li jkun intervistat f’”Min Imissu”.

 

Tajba lummija d-dar. Bondi jippretendi li kulhadd imurlu fil-programm tieghu, qiesu xi obbligu sagrosant li minnu ma jista’ jahrab hadd, ghax altrimenti joqghod jghid bik. Imma meta jkun mistieden hu ghal xi programm jew jigi sfidat ghal xi dibattitu, jizloq kemm irid qiesu mhux hu. Iccikkinja mill-isfida li ghamillu d-dentist Pullicino Orlando u issa anki minn ta’ “Min Imissu” beza’.

Troppo tardi

we-shoot-00194Lou Bondi kien qieghed jikser ir-regolamenti applikabbli ghax-xandara fuq it-televizjoni tal-Istat bil-fehmiet mill-aktar pregudikati u koccuti fuq il-blog tieghu kontra l-Laburisti u favur in-Nazzjonalisti. Dan ghaliex bil-pregudizzji kollha li ghandu, ftit jista’ jitwemmen li jista’ jtella’ programmi b’mod imparzjali.

Wara li gibditlu widnejh il-Ministru Cristina ghall-fatt li kien qieghed jikser ir-regolamenti tal-Awtorità tax-Xandir, Lou Bondi ddecida li jaghlaq il-blog moqzieza tieghu li kienet tixhed fil-berah il-lanzit u l-pregudizzji kbar li ghandu kontra l-Laburisti.

Biss però mhux imbilli issa waqqaf il-blog tieghu, ghax dan tant kien lehaq kixef idejh u xerred vomtu, bil-blog li kellu, l-lanzit u l-mibgheda ghal-Laburisti saru maghrufa minn kulhadd aktar minn qatt qabel u issa troppo tardi li jerga’ jipprova jxedd il-libsa ta’ prezentatur super partes.

25 sena ilu

L-istrategija tat-tensjoni tat-80s kienet hafna minnha torigina mill-provokazzjoni ta’ min kien jwaddab l-gebla u jahbi idu u certi elementi li kienu jghidu li huma Laburisti li kienu jirreagixxu b’mod vjolenti.

Terga’ u tghid l-Ispettur Joseph Psaila li kien involut f’diversi kazijiet ta’ frejmups, inkluz ta’ Pietru Pawl Busuttil, flok tkecca mill-Korp appena n-Nazzjonalisti rebhu l-elezzjoni fl-1987, dan spicca nghata zewg promozzjonijiet u baqa’ tiela’ sal-grad ta’ Assistent Kummissarju. Kellu jkun il-Gvern ta’ Alfred Sant li kecca mill-Korplil Joseph Psaila u lil Charles Cassar.

Kien hemm imbaghad persunagg ambigwu iehor, Gianni Psaila l-Pupa li kien involut f’diversi kazijiet ta’ vjolenza fi zmien il-Labour. Imma meta dan qaleb man-Nazzjonalisti qabel l-elezzjoni tal-1996, dan kien jidher taht it-tinda spalla ma’ spalla ma’ Fenech Adami u l-propagandisti tal-PN pingewh qiesu xi super-eroj.

Meta tal-PN ikunu darhom mal-hajt, inevitabbilment dejjem jirrikorru ghall-passat. Apparti li Joseph Muscat kien ghadu l-iskola primarja meta graw hafna minn dawn l-episodji, apparti l-misteri madwar figuri dubjuzi bhal Joseph Psaila, il-PN jekk se joqghod jibbaza fuq l-istorja, ma tantx ghandu wisq biex jiftahar jekk nigu f’dan.

Il-qrubija taghhom mal-faxxisti ta’ Mussolini; il-fatt li dejjem ivvutaw kontra l-introduzzjoni ta’ kull libertà civili li hawn fil-pajjiz, il-vot lin-nisa, il-vot mat-18, id-depenalizzazzjoni tal-omosesswalità, iz-zwieg civili ecc; kienu komplici fil-hnizrijiet kbar matul il-kwistjoni tad-dnub il-mejjet.

Li l-elezzjoni tkun missielta fuq il-passat flok fuq il-prezent, jixhed kemm Gonzi mhuwiex komdu bil-prezent.

Fl-Italja ghal madwar 40 sena kien hemm dak li kien jissejjah il-fattore Kappa, fejn ma kinitx issehh l-alternanza fil-poter minhabba l-biza’ li jitilghu l-komunisti fil-gvern. Bil-konsegwenza li mbaghad ikrollat is-sistema politika u nkixfu skandli enormi.

L-istess Malta, jekk saru zbalji fi zmien amministrazzjonijiet Laburisti, il-PL hallas aktar minn bizzejjed ghalihom bl-elezzjonijiet li ntilfu, u Alla hares kellna naccettaw li l-passat qiesu xi dnub tan-nisel li ma jinhafer qatt, ghax dan ikun ifisser li hawnhekk ma tistax issehh l-alternanza tal-poter, li m’hawnx demokrazija u li hawn dittatura virtwali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata