Saturday, 03 December 2011 19:20
Kullhadd
Share
Robert Abela
L-indikaturi kollha qed juru li wara l-festi tal-Milied, iz-zewg partiti ser jintensifikaw l-attività politika taghhom bi thejjija ghall-ezami li jridu joqoghdu ghalih quddiem l-elettorat fiz-zmien li gej. Dak li sehh fil-gimghat li ghaddew digà qed jindika l-istrategija li behsiebhom juzaw iz-zewg partiti.
Fuq naha, ghandek il-Partit Nazzjonalista li hu mgieghel, mic-cirkostanzi li sab ruhu fihom, li jwarrab l-istrategija ta' GonziPN li uza b'success fl-ahhar elezzjoni. Dan minhabba zewg fatturi. L-ewwel, ghaliex GonziPN kienet strategija li tiffoka fuq l-individwu, fejn il-magna tal-PN ikkuntrastat il-Kap taghha mal-Mexxej avversarju, ezercizzju li anke sforz ic-cirkostanzi sfortunati li ghadda minnhom Alfred Sant fl-ahhar xhur qabel l-elezzjoni, wasslu biex din l-istrategija tirnexxi. Il-PN sfrutta s-sitwazzjoni u sarrafha f'ghazla bejn partit u iehor.
Illum, il-Partit Nazzjonalista jaf li din l-istrategija mhux ser terga' tirnexxi. Il-PN ilu jipprova ghal aktar minn tliet snin, direttament u permezz tal-alleati tieghu, jizra dubji fil-hiliet tal-Mexxej Laburista, permezz ta' sensiela ta' attakki diretti mhux biss lejn l-argument, izda partikolarment lejn l-individwu. Hu evidenti li dawn l-attakki ma hallewx il-frott mixtieq mill-magna tal-PN.
Nemmen li l-kontenut tar-replika ta' Joseph Muscat ghall-ahhar bagit, u l-mod ippreparat u konsistenti li bih hu pprezenta ruhu, wasslu lil PN biex jibdel id-direzzjoni tal-attakk. B'mod karatteristiku, l-kritika xorta baqghet diretta principalment lejn l-individwu u mhux lejn l-argument, izda f'daqqa wahda bdew jiffokaw fuq individwi ohra li jaghmlu parti mill-Partit Laburista.
It-tieni raguni ghala l-PN ser iwarrab lil GonziPN hi li filwaqt li l-Kap Nazzjonalista jibqa' avversarju politiku b'sahhtu li wiehed ma jistax jissottovalutah, il-PN izda jaf li l-Mexxej tieghu hu sinonimu ma' nuqqas ta' kontroll u dixxiplina fuq l-istess membri parlamentari tieghu. Ma' dan hemm maghdud il-fatt li GonziPN ma wettaqx hafna minn dak li wieghed. Il-PN jaghraf li ma jistax jipprogetta izjed l-imagni ta' par idejn sodi fit-tregija tal-pajjiz, meta s-suppost par idejn sodi lanqas biss sabu tarf tal-ink-wiet intern fil-PN. Wiehed ma jridx wisq biex jifhem ukoll li l-vucijiet dissidenti fil-PN ser jigu msikkta billi jinghataw dak li jridu, u l-PN jidher minn barra bhala partit mhux daqshekk mifrud u l-par idejn sodi ma jidhrux daqstant dghajfa.
Min-naha l-ohra, ghandna xenarju gdid ghall-Partit Laburista, fejn ghall-ewwel darba wara tant snin, il-PL ser jipprogetta bhala l-aktar element b'sahhtu tieghu lill-Mexxej tal-Partit. Filwaqt li GonziPN kien kuncett iffukat fuq il-hila ta' Lawrence Gonzi bhala individwu li kollox idur mieghu, is-sahha ta' Muscat hi wahda kemm fuq livell personali, kif ukoll billi fi zmien qasir irnexxielu jghaqqad partit u gibed lin-nies warajh. Hi hila li tnissel fiducja li ghandu wkoll il-kwalitajiet mehtiega biex jigbor flimkien lid-diversi setturi tal-poplu u jghaqqad lill-pajjiz, f'hidma li twassal biex kulhadd ikollu opportunitajiet indaqs li javvanza fil-hajja tieghu.
Naturalment, kull Nazzjonalist u Laburist li ghandu ghal qalbu lill-pajjiz jistenna li jekk il-poplu joghgbu jafda t-tmexxija tal-pajjiz lill-PL, il-membri parlamentari kollha eletti f'isem il-PL ghandhom ikunu parti minn dan l-isforz kollettiv biex il-pajjiz jimxi 'l quddiem, biex il-kbir ikompli jikber, u biex iz-zghir jintrefa' minn fejn jinsab illum u jikber flimkien mal-kbir. Wiehed jistenna li kull membru parlamentari elett jerfa' r-responsabbiltà tieghu u jqieghed fuq quddiem l-interess tal-pajjiz. B'dan irrid infisser li hadd m'ghandu jfixkel il-prerogattiva tal-Prim Ministru eventwali li jaghzel Kabinett maghmul minn dawk l-individwi li hu jqis bhala li ghandhom l-ahjar kwalitajiet biex flimkien mieghu jahdmu ghall-gid tal-pajjiz.
Hadd m'ghandu jistenna li l-Prim Ministru ghandu ta' bilfors jaghzel il-Kabinett tieghu min-nies li jgibu l-aktar voti fl-elezzjoni, jew li ilhom jimmilitaw l-aktar fi hdan il-Partit. In-numru ta' voti ghandu jitqies bhala mertu ghal dak l-individwu li kien kapaci jahdem mal-elettorat, u z-zmien li wiehed ilu jimmilita hu certifikat tal-lealtà ta' dak l-individwu lejn il-Partit, izda ma jissarrfux awtomatikament f'hila li jmexxi ministeru. Wiehed jistenna wkoll li ma tigix mahnuqa d-diskussjoni dwar jekk fil-Kabinett ghandux ikun hemm ukoll teknokratici mhux eletti mill-poplu. Jekk dan ma jigix accettat, ser ikun ifisser li ma tghallimniex mill-izbalji tal-PN.
Dan kollu jorbot mal-impenn li l-pajjiz jitmexxa b'dak l-istess ghaqal u valuri sodi li l-Maltin huma maghrufa ghalihom fit-tmexxija tal-familji taghhom, biex il-Partit Laburista tabilhaqq iwettaq il-weghda tieghu li johloq il-gid u l-istabbiltà fil-pajjiz.