Sliema Wanderers immexxija tajjeb minn Silva, Mitez u Bajada holqu diversi cansijiet u kellu jkun il-gowler Bartolo tal-Floriana li zamm sod u cahhadhom f'diversi okkaz-jonijiet.
Floriana ftit li xejn holqu periklu u rari impenjaw lil gowler Slimiz fl-ewwel taqsima.
Madankollu l-Greens hargu aktar determinati fit-tieni taqsima wara li raw in-nuqqasijiet taghhom tal-ewwel taqsima.
Huma attakkaw mill-bidu, ippressaw biex gieghlu lis-Sliema jghagglu u jizbaljaw. Konsegwentament Sliema ma baqghux trankwilli u insistenti bhal qabel.
Din il-partita ma fakkritniex fil-loghob kbir li konna naraw fl-imghoddi minn dawn iz-zewg timijiet.
Iz-zewg timijiet hadu punt kull wiehed li zamm lil Floriana milli jersqu aktar qrib lejn ta' fuq fil-klassifika u lis-Sliema eqreb is-sitta ta' taht.
Il-gowler Furjaniz Bartolo, li meritatament rebah l-unur tal-aqwa plejer tal-loghba, ghaliex fl-azzjonijiet li kellhom is-Sliema fl-ewwel taqsima ddistingwa ruhu bil-kbir.
Wiehed tajjeb li jsemmi li ghal din il-partita rritornaw diversi plejers ghas-Siema minn wara d-draw ta' kontra l-Imqabba fosthom Mifsud, Mitev, Bezzina u Frendo, li kollha kienu sospizi, filwaqt li l-Bulgaru, Rumen Galabov irkupra fil-hin mill-injury li kellu.
Il-kowc ta' Floriana, Michael Woods, zamm l-istess hdax li rebah bihom kontra Tarxien, izda fuq l-bank irritorna Woods u l-akkwist il-gdid Wilko Risser.
Matul l-ewwel taqsima kienu Sliema l-aktar li kellhom azzjonijiet ta' periklu bit-tim Furjaniz jopera bil-kontrattakki.
Wara 10 minuti Floriana hadu l-inizjattivà meta Dar-manin approfitta minn zball ta' Bezzina, izda l-konkluzjoni tieghu ghaddiet ftit barra.
Ir-reazzjoni Slimiza waslet fit-18-il minuta meta minn azzjoni personali, Santos Silva dahal tajjeb mil-lemin, qabez zewg difensuri biex imbaghad ra x-xutt tieghu salvat mill-gowler Bartolo mal-art.
Immedjatament wara, azzjoni ohra personali din id-darba minn Muscat, li l-istess bhall-azzjoni ta' qabel, qabez zewg plejers, qassam lil Santos Silva li ghal darb'ohra l-gowler Bartolo kien prominenti u laqa' tajjeb.
Bartolo baqa' juri l-vena tajba li kien jinsab fiha ghal din il-partita meta wara nofs siegha loghob salva b'sidru freekick b'sahhtu minbarra l-kaxxa ta' Frendo.
Fl-40 minuta Sliema resqu verament qrib il-gowl, meta konkluzjoni fil-baxx ta' Santos Silva ghaddiet thakkek mal-wieqfa.
It-tieni taqsima bdiet b'azz-joni fis-67 minuta meta x-xutt ta' Lima ghas-Sliema ghadda ftit barra.
Ftit wara Floriana holqu l-aktar azzjoni perikoluza tul din il-partita meta x-xutt tas-sostitut Woods kien salvat f'korner b'diffikultà mill-gowler Bonello.
Ghal darb'ohra Woods rega' pprova xortih minbarra l-kaxxa ftit sekondi wara, izda Bonello ghal darb'ohra salva.
Sliema baqghu l-aktar tim perikoluzi fil-grawnd u fil-75 minuta kross ta' Santos Silva u xutt mil-qrib ta' Frendo, bil-gowler Bartolo jwettaq save tajjeb hafna.
Fl-ahhar hin tal-partita z-zewg timijiet kienu aktar mohhhom f'li ma jsofrux gowl biex b'hekk urew li kienu qed jikkuntentaw bi draw.
SLIEMA W: Bonello, Mifsud, Grech, Mitev (Ani 76), Bezzina, Sequeira, Galabov (Briffa 79), Bajada, Santos Silva, Frendo, Muscat. KOWC: Danilo Doncic.
FLORIANA: Bartolo, Paris (Woods 62), Pisani, Micallef, Doffo, Darmanin (Risser 46), Mintoff (J Borg 79), Grabowski, Bugeja, C Borg, Cassar.
KOWC: Michael Woods
PLEJER TAL-LOGHBA: Manuel Bartolo, Floriana.

| < Prev | Next > |
|---|






