Friday
Nov 28th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Valletta jaghlqu l-loghba kmieni

E-mail Print PDF
Share
picture_4Ic-Champions Valletta hargu jfittxu l-gowl kmieni u dan wasal wara biss sitt minuti biex nehha xi ftit it-tensjoni Beltija tal-bidu. Tliet minuti wara gie wkoll it-tieni biex ta d-daqqa ta' harta lil Qormi.

Wiehed kien jistenna li l-Qriema ma jaqtghux qalbhom biex jevitaw telfa bi skor kbir, izda huma ghamlu r-reazzjoni taghhom wara li kienu 4-0 minn taht meta dahlu xi ftit fil-loghba.

Valletta kienu dominati fl-ewwel taqsima b'Dos Santos, Pace u Effiong pratikament jaghmlu li jridu.

Wara l-mistrieh Qormi hargu ahjar u anki ppruvaw inaqqsu d-distakk b'diversi attakki bil-Valletta kuntenti li jghalqu u jistennew il-mument biex jaharbu bil-kontrattakk li izda qatt ma rnexxa.
Qormi kienu ppremjata b'penalty li Pereira da Silva skorja.
Nistghu nghidu li Valletta naqqsu r-ritmu u ghalkemm xorta baqghu kmandi u forsi ghax ir-rebha giet fl-ewwel taqsima ftit kienu perikoluzi fit-tieni taqsima.

Forsi li kieku Qormi hargu b'din il-grinta u l-plejers kollha grew daqs Luke Sciberras kieku huma ma kinux jitilfu telfa kbira hekk. Kollox ma' kollox Valletta hadu t-tliet punti biex sahhew posthom f'ras il-klassifika tal-Premier.
Ghal din il-partita Valletta kellhom lura mil-bidu lil Azzopardi u Pace imma Mifsud baqa' mwegga', filwaqt li Barbosa kien sospiz.

Min-naha tat-tim ta' Stephen Azzopardi dahhal lura fit-tim lil Nwoke, Sciberras, Mirarchi u Duff filwaqt li Osagie ghadu mwegga' u Sammut kien sospiz.
Valletta kellhom bidu mill-aqwa meta fi spazju ta' hames minuti skurjaw darbtejn.
Huma marru fil-vantagg wara sitt minuti meta mil-pass ta' Pace, DENNI DOS SANTOS b'xutt fil-baxx gheleb lil gowler Sultana.

Mahsuda minn dan il-gowl kmieni Qormi sofrew gowl iehor fit-tmien minuta meta Caruana qassam lejn ALFRED EFFIONG li zmarka ruhu tajjeb u rdoppja.
Fit-29 minuta Valletta ghamluhom tlieta. Kross perfett ta' Dos Santos lejn ALFRED EFFIONG li bir-ras rega' gheleb lil Sultana.
Ir-reazzjoni dghajfa ta' Qormi giet wara zewg minuti minn xutt ta' Pereira da Silva li Hogg salva bla wisq diffikultà.

Fit-33 minuta l-attakk Belti kompla b'gowl iehor. Rega' kien in-Nigerjan ALFRED EFFIONG li din id-darba minn azzjoni personali meta xxuttja bid-difiza timblokka imma l-ballun jirritorna ghandu biex fit-tieni attentat ma falliex u ghaqqad il-hat trick tieghu personali u r-raba gowl Belti.

L-ahhar azzjoni tat-taqsima kienet ta' Qormi b'xutt ta' Chetcuti jghaddi ftit barra.
It-tieni taqsima bdiet bi freekick ghal Valletta mghoti minn Falzon li ghadda ftit barra.
Fil-parti l-kbira ta' din it-taqsima Qormi kellhom aktar pussess mill-avversarji izda ftit kienu perikoluzi ghal lasti difizi minn Hogg.

Fis-77 minuta Qormi kellhom penalty favur taghhom meta E Agius mess il-ballun b'idu minn azzjoni ta' freekick mghoti minn Da Silva. Fil-fatt l-istess PEREIRA DA SILVA skorja l-gowl ta' konsolazzjoni tal-Qriema mill-11-il metru.

QORMI: Sultana (Farrugia 46), Bartolo, Joseph Chetcuti, Sciberras, Scicluna, Mirarchi, Bondin, Da Silva, Duff, Wellman (Jeffrey Chetcuti), Nwoke (Buttigieg 73). KOWC: Stephen Azzopardi.

VALLETTA: HOGG (Towns 81), Caruana, Borg, Azzopardi (R dos Santos 85), Effiong, Briffa, Pace, E Agius, Falzon, D dos Santos, Zongo (Fenech 79). KOWC: Leonard Farrugia.

SKURJAW: D dos Santos (V) 6 min, A Effiong (V) 8, 29 u 33 min, Pereira da Silva (Q) 77 min.

REFEREE: Chris Lautier

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

Kummenti Ricenti


Warning: Invalid argument supplied for foreach() in /home/kullhadd/public_html/modules/mod_jomlatest/helper.php on line 40

It-Temp

Fri Sat Sun Mon Tue

 

Karikatura

 

Faccata