Saturday, 10 December 2011 21:04
Stefan Zrinzo Azzopardi
Share
Nistghu inwettqu hafna bil-ftit ghajnuna li tista' taghtina. Nehtiegu l-ghajnuna tieghek u ta' hafna ohrajn biex jirnexxilna nwettqu l-progett politiku taghna.
Qed naghmlu dak kollu mehtieg biex inwasslu l-messagg taghna, biex infissru dak li qed noffru, ghal pajjizna, biex nuru t-triq 'l quddiem, izda l-hidma taghna qatt mhi bizzejjed. Ghalhekk l-istedina taghna biex inti wkoll tkun parti mill-hidma li jehtieg.
Hemm bzonn li pajjizna jinghata tama gdida. Pajjiz li qed jithalla jaqa' lura ghax mhux qed jirnexxi kemm jixraq lil dan il-poplu.
Min qed imexxi qed juza' l-arma tal-biza' biex ihares l-interessi tal-ftit u mhux jaghti l-ahjar lill-kotra. Ghalhekk il-htiega li nissoktaw bil-messagg taghna biex pajjizna u l-poplu taghna jara t-tama l-gdida li nistghu noffru.
Min qed imexxi lil pajjizna llum, dara li jweghdek hafna affarijiet u wara li jiehu l-appogg tal-poplu biex ikompli fil-poter, jaghmel il-kontra ta' dak li jkun wieghed jew ma jwettaqx dak li jkun qal li kellu jsir. Inti llum ma tafx fejn qieghed ma min qieghed imexxi.
Min qed imexxi pajjizna aktar interessat li jzomm il-poter f'idejh aktar milli jkun ta' servizz ghalik.
Biex izomm il-poter, min qed imexxi lest li juza u qed juza kull mezz possibbli. Minkejja li sar diskors dwar ligi tal-finanzjament tal-partiti, il-gvern ta' Lawrence Gonzi ma jiddejjaqx li juza fondi pubblici biex jaghmel propaganda partiggjana.
Xejn ma jiddejjaq li jibghat ittri a spejjez tal-kaxxa ta' Malta biex jaghti garanziji lill-haddiema li wara l-elezzjoni issib li ma jfissru xejn.
Bl-istess mod, fiz-zmien il-bagit il-gvern uza kemm felah rizorsi biex jaghmel propaganda partiggjana. Mill-banda l-ohra biex il-Partit Laburista iwassal il-messagg tieghu jehtieg l-ghajnuna tieghek u ta' hafna ohrajn li qed jemmnu li nistghu naghtu tama gdida lil pajjizna.
Il-gvern qed juza x-xandir pubbliku bhala mezz ta' propaganda. Aktar milli servizz ghall-poplu Malti li jithallas mit-taxxi tal-poplu Malti, illum x-xandir pubbliku qed ikun mezz iehor biex min qed imexxi lil pajjizna jibqa' ggranfat mal-poter.
Filwaqt li l-gvern ghandu dan kollu f'idejh, biex ahna nwettqu l-hidma taghna nehtiegu l-ghajnuna tieghek.
Quddiemna ghandna diversi sfidi li rridu nithejjew ghalihom. F'Marzu li gej se nkunu qed nikkontestaw elezzjonijiet ghall-kunsilli lokali f'nofs il-lokalitajiet madwar Malta u Ghawdex.
Elezzjonijiet li fihom il-Partit Laburista se jkun qed jipprezenta kandidati kommessi li jkunu fuq in-naha tal-familji u mhux fuq in-naha tal-burokrazija.
Bhala partit, fi zmien li gej, se nkunu qed inkomplu bit-thejjiet ghall-elezzjoni generali. Thejjijiet li jehtiegu impenn kbir u sostenn qawwi.
Il-messagg taghna irridu nwassluh ghand kulhadd biex infissru kif nistghu naghtu tama gdida lil pajjizna.
Biex inwettqu din il-hidma, il-Partit Laburista isib is-sostenn ta' hidma fuq bazi volontarja.
Ta' kuljum min-numru kbir ta' nies, b'sagrificcju personali ghalihom u ghall-familji taghhom jaghtuna ghajnuna kbir biex inwettqu l-hidma taghna.
Dan ix-xoghol li jitwettaq jehtieg sostenn ta' organizzazzjoni biex dak li nwettqu ikun iffukat u kkordinat bl-ahjar mod possibbli.
Ghalhekk, il-Partit Laburista jehtieg sostenn finanzjarju biex isahhah il-hidma politika tieghu.
Ghalhekk il-Partit Laburista f'Jum ir-Repubblika, se jkun qed jaghmel appelli biex dawk kollha li jemmnu fil-progett politiku li qed nipproponu jkunu ta' sostenn finanzjarju ghall-hidma taghna.
Nifhmu li hawn min jista' jaghtina ghajnuna zghira, izda kull ghajnuna hija apprezzata u ta' dan nghidu grazzi mill-qalb.
Bl-ghajnuna tieghek nistghu insahhu l-hidma taghna. Din il-hidma trid twassal biex inkunu f'pozizzjoni li bit-tmexxija li noffru ntejbu l-kwalità tal-hajja lil kulhadd.