Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kemm hu sew tkun Nazzjonalist tal-qalba

E-mail Print PDF
Share
screen_shot_2011-09-23_at_11.07.02Hafna mill-gesti espressivi li jaghmel il-bniedem, igifieri meta jharrek idejh jew xi parti ohra ta' gismu mal-kliem, jew minflok il-kliem, biex ifisser hsiebu - u f'dan jidhol hafna l-hekk imsejjah body language jaghmilhom hu biss.
Huma unici ghall-ispecje umana. Ma jaghmluhomx hlejjaq ohrajn bhat-tjur, klieb, jew xadini.
Dawn il-gesti jafu jkunu ferm elaborati u sofistikati, ghax jiddependu mill-mohh sofistikat u altament evolut.



Imbaghad hemm certi gesti bijologici li l-bniedem jaqsam mal-annimali l-ohrajn. Gesti li ma tridx intelligenza kbira biex taghmilhom u li anke annimal kwalunkwe jista' jaghmel. Bhal meta toqghod twerzaq, issabbat, tonfoh sidrek u toqghod thabbat idejk fuqu biex turi li inti kbir u li hadd ma jista' ghalik - l-istess bhala taghmel il-gorilla fil-gungla.

Fil-Kunsill Generali tal-Partit ta' GonziPN li sar ftit tal-granet ilu, kien hemm hafna xeni minn ta' dan it-tip. Dnub li ma stidnux biex jattendi lil Desmond Morris, dak ix-xjentist Ingliz kbir li ghamel ricerka dwar l-imgiba tal-annimali. Kien tabilhaqq ikollu x'jara!

Fost il-gesti li kien hemm f'dan il-Kunsill, kien hemm xi hadd li b'ewforija kbira esklama, fost ic-capcip ma jaqtax tal-Kunsilliera prezenti, "Kemm hu sew tkun Nazzjonalist"! Ghal mument sthajjilt li kont qed nara lil Salvator Dalì, dak il-pittur li sar famuz waqt hajtu stess, li sakemm jiehu l-breakfast kull filghodu kien ikun digà qala' erbghin elf dollaru, u li kiteb: "I shall probably die from an overdose of satisfaction".

Tant kien kuntent bih innifsu li kien jghid li probabbilment kien se jmut minn overdose ta' sodisfazzjon! Imma jekk Salvator Dalì kellu biex ikun kuntent bih innifsu, ghax kien genju li ghamel success, iktar u iktar ghandhom ghalfejn jixxadinjaw certi Nazzjonalisti li ghalkemm jaghmlu fjask wara l-iehor, xorta jibqghu jiddominaw fil-kuriduri tal-poter.
Wara kollox, x'kapacità ikbar jista' jkun hemm milli tkun zring u jaghmluk princep?

 

Kif twieghed bla ma twettaq

Jekk tkun Nazzjonalist tal-qalba, tista' twieghed is-sema fl-art imbaghad meta tigi ghas-si u n-no' tghid milli ghidna m'hemm xejn ghax issa c-cirkostanzi nbidlu.
Twieghed xoghol garantit lill-impjegati tal-Air Malta qabel l-elezzjoni u wara theddidhom biex idabbru rashom u jaccettaw skema tal-irtirar. Twieghed li tbaxxi r-rati tat-taxxa fuq id-dhul, imbaghad tghid li jekk taghmel hekk tkun irresponsabbli, u, billi int tkun responsabbli, ma tistax twettaqha.


Twieghed lin-nassaba u kaccaturi li se jibqghu igawdu d-delizzju taghhom, imbaghad tikkonvertilhom id-delizzju taghhom fi hmar il-lejl, bil-pulizija u ghassiesa ohra barranin iqisulhom kull comba li jisparaw.


Tibni parlament gdid ultra-lussuz u timla l-bwiet tal-ministri tal-Kabinett bil-mohbi tal-poplu fi zmien meta gvernijiet Ewropej imexxu bl-ezempju u jiffrizaw jew sahansitra jnaqqsu s-salarji tal-ministri taghhom, b'solidarjetà mal-poplu taghhom li ghaddej minn diffikultajiet kbar.

Iroddulek hajr talli tghaffeg

Tista' wkoll twieghed hamest elef impjieg fil-qasam tal-high tech f'belt gdida tal-holm; twebbel lit-tfal taghna jistudjaw f'dan il-qasam ghax wara se jsibu mpjieg zgur, imbaghad ma tonorax il-parti tieghek tal-kuntratt ghax ikun hemm bicca pumping station li ma titnehhiex fil-hin u tiddekadi mill-jedd tieghek bhala Gvern li tesigi li jinholqu dawn l-impjiegi.


Taghmel xi kuntratt u bi zball iccedi tmiem shah ta' art fabbrikabbli tiswa miljuni jekk mhux ukoll biljuni ta' euro. Tibni power station li tniggez. Tohloq kaos shih fit-trasport pubbliku wara li tohrog miljuni ohrajn ta' euro.


Flimkien kollox possibbli, u ghalhekk medjokri kemm int medjokri, ilahhquk fl-oghla istituzzjonijiet tal-pajjiz u anzi jfaqqsu istituzzjonijiet apposta ghalih, u jaghtuk salarju fenomenali, karozza bix-xufier, safar u perkacci ohrajn bla razan. U dan talli ma taghmel xejn ghajr li ggorr it-tessera tal-PN. U meta tghaffeg xi wahda, bhal nghidu ahna thalli n-nies sieghat jistennew ix-xarabank, hadd ma jghidlek biex tirrizenja, anzi malajr malajr jinzlu l-kerubini jdoqqulek l-arpa!


Tiddejjen bla razan, tahbi d-dejn mill-kotba tal-Gvern, timxi bla pjan u jekk xi hadd ikellmek tghid, bhala ministru tal-finanzi: id-dejn mhux problema, jhallsuh uliedna! Taghmel U-turn wara l-ohra skond id-daqqa tal-mument. Imbaghad bil-wicc tost kollu ddur fuq il-Kap tal-Oppozizzjoni u tistaqsieh x'jaghmel kieku hu? U tghajjru li m'ghandux ideat anke jekk johrog b'mitt ideja gdida. L-ispizjar mhux milli jkollu jtik?
U tixtri l-medja halli tghattilek xturek u minflok tissindika l-Gvern, issawwat lill-oppozizzjoni - bhalma jigri f'regimi totalitarji.

 

Tilghab bil-principji sagrosanti

U tistqarr li int ghandek principji sagrosanti religjuzi li sejjer izommhom anke jekk il-poplu ma jaqbilx maghhom, ghax int bniedem ta' principju u mhux ta' konvenjenza, imbaghad ftit gimghat wara qisu ma gara xejn tlaqqa' l-Kunsill Generali tal-PN u tghid li m'ghadekx partit konfessjonali bit-tama li kif ghaddejt biz-zmien lil dawk li wieghdhom xoghol garantit, u serhan il-mohh, issa tilludi lin-Nazzjonalisti liberali (li m'humiex dawk tal-qalba) u li tnaffru mill-Partit li f'daqqa wahda ghamilt metamorfosi!
Tabilhaqq, kemm hu sew tkun Nazzjonalist - s'intendi Nazzjonalist tal-qalba!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata