Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Inkomplu nikbru u nissahhu

E-mail Print PDF
Share
Jjames_piscopoAMES PISCOPO - Kap Ezekuttiv PL
Bhal kull sena l-Partit Laburista qieghed jerga' jdur fuq il-poplu Malta u Ghawdxi biex jitolbu sostenn finanzjarju. Fit-13 ta' Dicembru, fil-Jum storiku tar-Repubblika, ser nkunu qeghdin nistiednu lil poplu juri l-appogg morali u finanzjarju tieghu lill-Partit Laburista waqt maratona gbir ta' fondi.

Irrid nghid li dan dejjem ikun mument ta' dilemma u riflessjoni ghalina. Filwaqt li nifhmu d-diffikulatjiet finanzjarji li ghaddejjin minnhom il-familji u n-negozji Maltin u Ghawdxin, genwinament nemmnu wkoll li l-Partit Laburista biss jista' jwettaq politika li tippremja l-ghaqal u l-bzulija taghhom. Haddiehor, jikkonsla u jiftahar li la l-familji u n-negozji taghna mhux qeghdin aghar mill-barranin, jew tal-anqas hekk jahseb, allura jista' jorqod kuntent li qed jaghmel xoghlu tajjeb.

Huwa precizament min-habba din it-tip ta' mentalità medjokri li biha qed imexxi pajjizna l-Prim Ministru li nhossuna fid-dmir li ghandna nkomplu nahdmu aktar minn qatt qabel biex noffru tama u kuragg lill-familji u n-negozji.

Huwa l-Partit Laburista biss li jista' joffri futur ahjar b'aspirazzjonijiet aktar ambizzjuzi ghal pajjizna. Huwa l-Partit Laburista biss li qieghed ihoss il-polz tal-poplu u jipproponi politika li tilhaq l-aspirazzjonijiet tieghu.

Il-maratona gbir ta fondi ta' nhar it-Tlieta li gej hija wahda mill-aktar importanti li organizza l-Partit Laburista s'issa.

Tista' tkun wahda mill-ahhar maratoni qabel l-elezzjoni generali li jmiss. Minkejja li kif ihobb jiftahar il-Prim Ministru il-prerogattiva ta' meta tissejjah elezzjoni generali hija tieghu, il-Prim Min-istru jaf ukoll li l-familji u n-negozji Maltin ftit li xejn fadlilhom aptit aktar il-politika tieghu.

Ftit li xejn fadlilhom pacenzja jissaportu n-nuqqas ta' sensittività li kkaratterizzat it-tmexxija tieghu matul dawn l-ahhar tlett snin u nofs. Ftit li xejn fadlilhom hegga jippruvaw jikkonvincu lill-Prim Ministru li l-kontijiet tad-dawl huma fil-fatt l-akbar mizura ta' awsterità li qatt iddahhlet f'pajjizna u li qed tkompli tnaqqas mil-livell tal-ghixien taghhom.

Madankollu, il-familji u n-negozji jifhmu li l-Prim Minstru ghandu kull intenzjoni li jkompli jgebbed u jtawwal, anke ghaliex kull gimgha li tghaddi hu u shabu jithallsu €500 fil-gimgha zieda mal-paga. Il-familji u n-negozji jifhmu li l-kilba tal-poter ta' min ilu ghoxrin sena fil-poter tigi qabel l-interessi taghhom.

Ghal Partit Laburista il-maratona gbir ta' fondi li jmiss hija fundamentali biex inkomplu nsahhu u nkabbru l-hidma taghna. Bhal dan iz-zmien sena kont ghamilt statement car: il-Partit Laburista ser ikun l-aktar partit ippreparat u mhejji biex jiffaccja l-elezzjoni generali li jmiss. Mhux biss fl-interess ahhari tal-Partit innifsu, izda fl-akbar interess tal-familji u n-negozji taghna. Fl-akbar interess ta' wliedna u l-futur taghhom.

B'sodisfazzjoni kbir nghid li s-sena li ghaddiet irregistrajna progress kbir fil-hidma operattiva u amministrattiva taghna.

Mhux biss komplejna nikkonsolidaw finanzjarjment, izda wkoll komplejna b'investiment qawwi f'dak li ghandna bzonn biex verament inkunu f'pozizzjoni li niffaccjaw l-isfidi elettorali li ghandna quddiemna.

Stajna naghmlu dan bis-sahha tal-ghajnuna finanzjarja li rcevejna matul l-ahhar maratona gbir ta' fondi u inizjattivi ohrajn li nidejna. Fittixna, u sibna, l-komfort finanzjarju tal-hafna biex inkunu aktar ambizzjuzi fil-hidma politika taghna.

B'sodisfazzjoni nghid li qed titwessa' l-firxa ta' min ihoss li min jeddu ghandu jghin. Il-Partit Laburista huwa grat ta' kull ghajnuna li jircievi. Bhal ma ahna grati wkoll lejn il-mijiet ta' voluntiera li qeghdin, ta' kuljum, joffru l-hin u l-kapacitajiet taghhom biex b'impenn kbir jghinu fit-twettieq tal-programm ta' hidma taghna.

F'Marzu li gej ser niffaccjaw test elettorali importanti hafna. Madwar nofs Malta u Ghawdex ser isiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Ser ikunu elezzjonijiet difficli ghal Partit Laburista.

Fuq livell politiku qieghed nippreparaw biex noffru l-ahjar programm ghal kull lokalità. Ghandna bzonn ukoll l-appogg finanzjarju mehtieg biex inkunu f'pozizzjoni li nistghu naffaccjaw din l-isfida u biex inkunu fl-awqa pozizzjoni possibbli li tghinna nwasslu l-messagg taghna.

L-appogg finanzjarja jikkum-plimenta l-hegga u d-determinazzjoni taghna li rridu nkomplu nilhqu standards oghla biex verament nibqghu leali lejn il-vizjoni taghna li nkunu ippreparati aktar u ahjar.

Il-Partit Laburista huwa sodisfatt hafna fejn irnexxielu jasal sal-lum. Madankollu konxji li fadlilna hafna aktar.

Konxji li, kif jghid il-Malti, il-kbir ghadu gej. It-triq li rridu nterrqu flimkien sakemm ikollna Gvern Laburista mimlija bi sfidi kbar. Nemmnu b'konvinzjoni li taht it-tmexxija ta' Joseph Muscat, dawn l-isfidi nistghu neghlbuhom u naghrfu nahtfu l-opportunitajiet li jgibu maghhom.

Bl-ghajnuna u l-appogg tieghek, tal-familja tieghek u ta' shabek il-Parit Laburista jkompli jikber u jissahhah.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata