Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx, smajt ma smajtx

E-mail Print PDF
Share

natalino_fenechStinat

Natalino Fenech, il-kap tat-taqsima tal-ahbarijiet tal-PBS, parti intrinsika tal-karattru tieghu hija li jhobb jisfida u li jistina. Bhallikieku din kwistjoni ta' hajja jew mewt ghalih, Fenech jibqa' jippersisti biex jaghmel lil TVM strument ta' propaganda partiggjana ghall-Partit Nazzjonalista. Mhux ta' b'xejn li d-Deputat Nazzjon-alista Franco Debono wasal biex qal, ftit tal-gimghat ilu, li x-xandir pubbliku jinsab joghdos f'livelli baxxi aktar minn tas-snin 80. Din il-gimgha Natalino Fenech rega' baghat gurnalista ohra f'belt kapitali Ewropea ohra, did-darba Ruma, mhux biex tigi rrappurtata xi ahbar jew ohra, imma biex iwasslilna l-messagg propagandistiku li ghandna ghalfejn nirringrazzjaw lil Lawrence Gonzi li anki jekk m'ahniex qeghdin tajjeb f'pajjizna, m'ahniex qeghdin hazin daqs certi pajjizi. Insomma, nikkonslaw b'min hu aghar minna flok naraw x'jista' jsir f'dan il-pajjiz biex inkunu bhal min hu ahjar minna.

Redikolu

Is-servizz propagandistiku ta' nhar l-Erbgha li ghadda minn Ruma, kien joqrob lejn ir-redikolu bi zbalji banali bhal meta n-newscaster mill-istudio qrat l-isem tat-trejd unjin Taljana CGIL bl-Ingliz flok bit-Taljan jew bil-Malti, u l-gurnalista tal-PBS minn Ruma qrat l-ewwel ittra ta' isem din it-trejd union bl-Ingliz u l-bqija tal-isem qratu bit-Taljan. Imma l-aktar tad-dahk f'dan ir-rapport propagandistiku kien meta l-gurnalista tal-PBS minn Ruma qalet li ‘sabet' Maltija li ilha tghix l-Italja aktar minn 40 sena.
Meta qalet li ‘sabet' lil din il-Maltija, fejn sabitha proprjament, fit-triq, fuq il-karozza tal-linja, waqt li kienet qed tiekol xi ikla spaghetti jew fix-xorti?! Biex tkompli tghaxxaqha, din il-Maltija ta' Ruma, certa Johanna Fragano, hija direttur manigerjali tal-Hotel Quirinale, wahda mill-lukandi ewlenin gewwa Ruma. Zgur li din Johanna Fragano mhijiex rapprezentattiva ta' dak li qeghdin ihossu l-maggjor parti tat-Taljani li jaqilghuha u jiekluha.

 

Tal-misthija

Kif kien rappurtat f'din il-gazzetta l-Hadd illi ghadda, sa ftit granet qabel il-festa tal-Kuncizzjoni f'Bormla, u anki proprju sa lejlietha kif kien ikkonfermat minn ONE News fl-ahbarijiet ta' nhar l-Erbgha, il-qalba ta' Bormla, il-pjazza ta' quddiem il-kazin tal-banda, bit-triq li taghti ghall-knisja kienu ghadhom sotto-sopra bix-xoghlijiet li kellhom jitlestew sa Ottubru ghadhom nofs lehja. Bormla minsija s-sena kollha, mhux inqas fil-festa.

 

Attentat ta' qtil li ma kienx

Id-dettalji li qeghdin johorgu mill-qorti dwar il-kaz ta' Vince Farrugia u Sandro Chetcuti, jhammru wicc dawk kollha fil-media u fil-Partit Nazzjonalista, u mhux l-inqas lill-istess Vince Farrugia, li ppruvaw jaghtu x'jifhmu li dan kien kaz ta' attentat ta' qtil, meta issa qieghed jirrizulta li lanqas feriti gravi ma kien hemm, ahseb u ara kemm kien kaz ta' attentat ta' qtil.
Wiehed jistenna wkoll li jittiehdu l-passi kollha opportuni kontra dawk fil-Korp tal-Pulizija u anki t-tabib li originarjament iccertifika l-‘feriti' fuq Vince Farrugia, li ppruvaw isostnu l-akkuza ta' attentat ta' qtil, meta ma kienx hemm bazi ghaliha bhala provi.

 

Prosit

Prosti kbir lil President ta' Malta George Abela ghall-fun run li giet organizzata tant tajjeb il-Hadd li ghadda, fejn eluf kbar ta' Maltin u Ghawdxin inghaqdu flimkien biex jiehdu gost u juru s-solidarjetà fil-prattika. Punt wiehed zghir dwar il-prezentazzjoni li saret ezatt kif intemmet il-girja f'Misrah San Gorg.
Mela l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ipprezenta cekk ta' €10,000 minn xi fond tal-Gvern, u l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat ipprezenta €1,000 f'isem il-Partit Laburista u kemmxejn Lawrence Gonzi ma hassux superjuri li pprezenta cekk ta' ammont ghaxar darbiet aktar minn tal-PL. Fil-verità c-cekk li pprezenta Gonzi kien minn flus it-taxxi tal-poplu Malti u filwaqt li l-PL ta minn dak li seta', il-PN ma ta xejn minkejja l-impressjoni li nghatat.

 

Il-percimes

Dione Borg fuq NET TV tghidx x'kontorsjonijiet qieghed jaghmel, jitghawweg u jitkawweg biex iqabel kif jaqbillu dwar l-istorja kontemporanja tal-pajjiz. Din il-gimgha qajjem mill-gdid u rricikla l-kaz ta' Pietru Pawl Busuttil u xi kazijiet ta' frejmups ohrajn. Imma Alla jista' kollox, minn tant affarijiet li semma, ma ndejnjax isemmi b'isimhom l-ufficjali tal-Pulizija li kienu direttament involuti f'dawn il-kazijiet ta' frejmups.
Ghal ragunijiet ovvji, ma semmix lanqas illi l-percimes f'dawn il-kazijiet ta' frejmups, Joseph Psaila, b'mod inspjegabbli u misterjuz, hekk kif telghu n-Nazzjonalisti fil-Gvern fl-1987, flok dabbrulu rasu lil dan Psaila mill-Korp, tawh promozzjoni ghal wahda tnejn u sahansitra minn spettur tellghuh ghar-rank ta' Assistent Kummissarju.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata