Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Xejn aktar minn gowl wiehed

E-mail Print PDF
Share

d3s_6803Mosta mahsuda kmieni b’gowl ta’ Zongo izda bhalma jaghmlu hafna drabi l-Valletta; ma serrhux rashom b’aktar gowls u dan gara anki ghax Mosta rkupraw mil-hasda li hadu fil-bidu.

 

Valletta ghamlu l-hin kollu fuq l-attakk tul l-ewwel taqsima, izda ftit gabu plejers f’pozizzjoni li setghu jixxuttjaw lejn il-lasta.

 

Dan l-attegjament inhass anki fost il-partitarji Beltin ghax tilfu mill-entuzjazmu li huma maghrufa ghalih.

 

Fit-tieni taqsima Valletta komplew bl-istess ritmu b’hafna passes u attakki minghajr precizjoni. Loghba li dawk prezenti zgur ma hadux gost biha.

 

Mosta naqsu li jaghmlu reazzjoni denja u dan ghamilha facli ghac-Champions renjanti biex setghu jiehdu t-tliet punti.

 

Wiehed irid isemmi li dan it-tip ta’ loghob rajnieh hafna drabi mit-tim tal-Belt dan l-istagun, izda minkejja t-tbatija biex jirbhu qeghdin sitt punti fuq l-eqreb rivali taghom il-Hibernians u dan jaghmilhom xi ftit trankwilli ghall-partita li jmisshom jilghabu precizament kontra l-istess tim tar-Rahal Gdid.

Il-partita bdiet b’gowl, awgurju li seta’ kien se jkun hemm ruxxmata gowls, madanakollu dan spicca kien il-gowl tar-rebha. Fir-raba’ minuta kross xott ta’ OUSSAIN ZONGO ghadda bejn diversi plejers u spicca fix-xibka meta qarraq kompletament bid-difiza Mostija, inkluz il-gowler Debono.

Fl-10 minuta xutt ta’ Magro ghal Mosta kien salvat mil-gowler Belti Hogg mal-art.

 

Fit-22 minuta kross mil-lemin ta’ Effiong spicca ghand Zongo li spara ferm gholi minn qaghda idejali.

 

Fit-32 minuta pass ta’ Barbosa lejn Effiong biex dan minn qaghda tajba xxuttja, izda l-gowler Debono salva b’saqajh f’korner.

 

Fit-42 minuta kross ta’ Briffa ghall-Belt u xutt mill-ewwel ta’ G.Agius bil-ballun jistampa mal-lasta.

 

Minuta wara jerga’ kross ta’ Briffa u din id-darba daqqa ta’ ras ta’ D dos Santos bil-ballun jghaddi ftit gholi.

 

Appena bdiet it-tieni taqsima Mosta giehom cans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Mvondo kkonkluda minn qaghda tajba hafna bil-ballun jghaddi ftit barra.

 

Fis-57 minuta kross ta’ Briffa izda E.Agius minn qrib hafna l-lasta ma laqatx bir-ras u l-okkazjoni ntilfet.

 

Fil-65 minuta freekick ta’ E Agius u daqqa ta’ ras ta’ G Agius li fuqha l-gowler Debono wettaq save sabih. Mir-ribawnd; Barbosa xxuttja barra.

Fit-82 minuta pass ta’ Barbosa lejn D dos Santos li x-xutt tieghu ghadda ftit barra.

 

VALLETTA: Hogg, Caruana, Azzopardi, Effiong (Fenech 70), Briffa, Pace, E Agius, G Agius, D dos Santos, Zongo, Barbosa. KOWC: Leonard Farrugia.

MOSTA: Debono, Borg, Farrugia, Tisbi, Ossok, Bogdanovic, Grech, Bajada (Cini83), Magro, Aboulezz, Mvondo. KOWC: Jeffrey Farrugia.

SKURJA: Oussain Zongo (V) 4 min.

PLEJER TAL-LOGHBA: Roderick Briffa Valletta.

REFEREE: Fyodor Zammit.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata