Tarxien Rainbows kienu bla dubju l-ahjar tim fil-grawnd matul l-ewwel taqsima. Kellhom xejn inqas minn hames cansis li zgur setghu sfruttaw ahjar, daqqa minhabba traskuragni u daqqa ghax il-fortuna qalet le.
Qormi kwazi kienu inezistenti f’din it-taqsima u wiehed jista’ jobsor x’kien diskuss fil-hin tal-mistrieh. Riedu bilfors jibdlu dak kollu li kienu qed jaghmlu ghax kien ftit wisq.
Fit-tieni taqsima l-Qriema hargu xi ftit ahjar izda xorta Rainbows baqghu l-ahjar fil-grawnd. Li ma ghamlux fl-ewwel taqsima Rainbows ghamluh fit-tieni ghax meritatament skurjaw darbtejn minghajr risposta.
Qormi certament li qed ihossu n-nuqqas tal-captain taghhom il-plejer ta’ nofs il-grawnd Joseph Farrugia, li madwaru huwa mibni t-tim ta’ Qormi. Ilhom sejrin hazin minn meta wegga’ dan il-plejer u donnhom li soluzzjoni ghan-nuqqas tieghu ghad ma rnexxielhomx isibu.
Tarxien li ghal din il-partita kellhom neqsin lil Sammut, Giglio u Bueno kellhom fil-lasta ghall-ewwel darba lil Nicholas Vella. Huma hadu t-tliet punti fuq mertu taghhom u issa hadu ftit tan-nifs lejn in-naha t’isfel tal-klassifka meta qabzu lil Mosta u lil Marsaxlokk.
Tarxien bdew il-partita fuq nota tajba meta wara biss seba’ minuti loghob laqtu l-lasta. Costa nizzel bir-ras lejn Pulo li ghadda minn bejn Sammut u Bondin u fajjar xutt li habat mal-mimduda.
Fit-18-il minuta pass ta’ Suguino lejn Costa li wara li kkontrolla xxuttja ftit gholi.
Erba’ minuti wara xutt mill-qrib ta’ Suguino, jsalva b’saqajh il-gowler Farrugia u d-difiza kklerjat l-periklu.
Fid-29 minuta korner ta’ Pulo ghal Tarxien u daqqa ta’ ras ta’ Costa li d-difensur Bondin ikklerja minn fuq il-linja tal-gowl.
Zewg minuti wara Rainbows komplew bi freekick ta’ Suguino li l-gowler Farrugia salva.
Minuta fil-hin mizjud xutt ta’ Costa ghal Tarxien li Farrugia salva izda ma zammx, ballun ghand Pulo li xxuttja ftit gholi.
Wara l-mistrieh l-andament tal-partita baqa’ kwazi l-istess bir-Rainbows ahjar mill-avversarji ghalkemm bla ebda gowl biex jistghu juru s-superjorità taghhom.
Il-gowl li fetah it-triq ghar-rebha wasal biss fis-70 minuta meta pass perfett ta’ Suguino lejn RICARDO COSTA li wara li dar mal-gowler Farrugia tefa’ fix-xibka.
Kwazi mill-ewwel Tarxien irduppjaw. Fl-74 minuta kross ta’ Suguino, dahal fil-hin ADRIAN CARABOTT li bir-ras gheleb ghal darb’ohra lil Farrugia.
Wara dan it-tieni gowl Qormi ghamlu reazzjoni tajba ghalkemm aktarx li kien tard wisq.
Fid-79 minuta freekick ta’ Pereira ghal Qormi, jsalva l-gowler Vella u minuta wara jergghu Qormi meta minn korner ta’ Bartolo, daqqa ta’ ras ta’ Jeffrey Chetcuti kienet salvata mal-art b’diffikultà mil-gowler Vella.
Fis-87 minuta pass tajjeb ta’ Pereira ghal darb’ohra ghal Qormi lejn Joseph Chetcuti li x-xutt fil-baxx ta’ dan ghadda ftit barra.
TARXIEN R: N Vella, Sadowski, Caruana, Pereira, Carabott (Vella Critien 81), Costa, Pulo (J Vella 90), Anonam, Mintoff, Suguino, Grioli. KOWC: Patrick Curmi.
QORMI: Farrugia, Sammut, Bartolo, Joseph Chetcuti, Sciberras (Jeffrey Chetcuti 46), Scicluna, Mirarchi, Bondi (Wellman 81), Da Silva, Duff, Osagie (Nwoke 64). KOWC: Stephen Azzopardi.
SKURJAW: Ricardo Costa (T) 70 min, Adrian Carabott (T) 74 min.
REFEREE: Clayton Pisani.
PLEJER TAL-LOGHBA: Caio Garcia Suguino, Tarxien Rainbows.

| < Prev | Next > |
|---|






