Waqt il-qari tad-Diskors tal-Bagit mill-Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech, la smajt u lanqas rajt kelma wahda fejn issemmiet l-industrija tas-sajd, li taqa’ taht ir-responsabbiltà tieghi bhala kelliem tal-Oppozizzjoni ghal dan is-settur.
Dak il-hin ftakart fil-‘Fieri tal-Hut’ li l-Partit Nazzjonalista ilu jorganizza f’Marsaxlokk ghal numru ta’ snin mhux hazin. Naturalment, kellhom f’mohhhom li jingannaw lis-sajjieda, bhal ma ghamlu ma’ diversi setturi ohra ta’ haddiema u dawk li jahdmu ghal rashom, li huma ghandhom ghal qalbhom l-interess tas-sajjieda Maltin u Ghawdxin! Xejn mhu aktar ’il boghod mill-verità, kif qeghdin juru l-fatti!
Dan l-ahhar il-Koperattiva tas-Sajd harget stqarrija dwar it-thassib taghha u tas-sajjieda Maltin u Ghawdxin dwar il-qaghda prezenti. Jien qrajt din l-istqarrija u tkellimt ma’ sajjieda dwar il-qaghda li jinsabu fiha llum.
Nista’ nikkonferma kull kelma li l-Koperattiva kitbet fl-istqarrija taghha. Per ezempju, ta’ thassib kbir huma r-regolamenti li ser jidhlu fis-sehh fis-sena d-diehla li gew proposti mill-UE. L-aktar li qieghed jinkwieta lis-sajjieda taghna huma r-regolamenti li jolqtu l-qbid tal-pixxispad.
Wara li f’dawn l-ahhar sentejn is-sajjieda taghna raw il-qliegh taghhom jinzlilhom b’mod drastiku, dawn ir-regolamenti kien jonqoshom biex jigu ottu. Dawn ir-regoli u kundizzjonijiet qatt hadd ma kien qalilhom bihom qabel.
One size fits all
Li jaghtini gewwa hu l-fatt li pajjiz zghir bhal taghna jigi meqjus qisu xi pajjiz kbir bhal Spanja, Franza, Italja u l-Grecja, li s-sajjieda taghhom jaqbdu l-pixxispad. Il-flotot tas-sajd f’dawn il-pajjizi huma ta’ natura kummercjali. U r-regolamenti tal-UE huma intenzjonati ghal dawn it-tip ta’ flotot u ghalhekk ma naqbilx mal-politika ta’ one size fits all.
Il-bzonnijiet taghna huma hafna differenti minn tal-ohrajn kollha ghal diversi ragunijiet. Ezempju wiehed huwa li s-sajjieda taghna, fil-maggoranza taghhom huma artiggjanali u l-gvern ma talab l-ebda deroga biex dan il-fatt jigi stabbilit anki mal-UE.
Madwar Malta l-aktar pixxispad li jinqabad huwa pixxispad zghir. Ghalhekk id-decizjoni li ma jistax jinqabad pixxispad ta’ inqas minn 10 kilogrammi, se tolqot lis-sajjieda taghna bil-kbir.
Kif digà ghedt, xi 75 fil-mija taghhom jigu milquta b’din ir-regola. Jidher car li ma sarx studju dwar l-impatt socjo-ekonomiku li se jkollhom dawn ir-regolamenti fuq is-sajjieda Maltin u Ghawdxin u l-familji taghhom.
Forsi ghall-Gvern Nazzjon-alista, is-sajjieda u l-familji taghhom mhumiex eluf kbar u allura ma tantx qieghed jinkwieta! Huwa ma nkwetax dwar il-kaccaturi u n-nassaba li flimkien mal-familji tagh-hom jghoddu eluf kbar, se jinkwieta ghas-sajjieda u l-familji taghhom, li jghoddu mijiet jew ftit eluf?!
Ta’ min jinnota li l-Gvern Malti, jew ahjar nghid “Gvern Nazzjonalista” ghax jidher li mhux “Gvern Malti” ghax kieku jaghmel hiltu kollha biex jipprotegi lis-sajjieda taghna, lanqas biss talab deroga wahda fejn permezz taghha jidentifika l-partikolarita taghna f’dan is-settur u biex jghin lis-sajjied Malti u Ghawdxi!
Minn dan kollu l-konkluzjoni tieghi hi, li l-gvern mhux qed jaghti kaz l-ilmenti li qed ikollu mill-koperattivi tas-sajjieda. Issa jekk il-ministru jghidli li hu ressaq dawn l-ilmenti, allura nghidlu mela li l-awtoritajiet tal-UE mhux qed jaghtu kas tieghu. U probabbilment, mhux qed jaghtu kas tieghu, ghax ma kienx kapaci jressaq il-kaz tas-sajjieda taghna b’argumenti qawwija u konvincenti li ahna zgur ghandna fic-cirkostanzi ta’ pajjizna!
Il-Gvern Nazzjonalista missu sallum tghallem, li l-Kummissjoni Ewropea, meta taghmel xi proposti, aktar ikollha f’mohhha l-interess tas-sajjieda tal-Istati Membri kbar ghax il-ministri taghhom jaghmlu pressjoni qawwija biex jiddefendu kemm jistghu l-interess tas-sajjieda tagh-hom.
Jekk issa forsi tard wisq biex jinbidlu dawn ir-regolamenti, almenu l-gvern ghandu jara x’jaghmel biex jghin lis-sajjieda taghna – bhal ma kull tant ghamel ma haddiema li setghu jitilfu xogholhom fil-fabbriki – halli s-sajjieda u l-familji taghhom ma jispiccawx ikollhom izarmaw bil-konsegwenzi koroh kollha li dan igib fil-livell ta’ ghixien taghhom u l-familjari taghhom. Ghaldaqstant il-ministru responsabbli jrid ixammar il-kmiem u jiehu b’ferm aktar serjetà lil din l-industrija.
Meta qed nghid li l-ministru u l-gvern ghandhom jiehdu b’ferm aktar serjetà dan is-settur tas-sajd dan ghaliex hemm il hobz ta’ hafna familji involuti.
Is-sajjieda m’huma qed jghidulu xejn lil gvern hlief, Halluna Nahdmu, halli l-familji u t-tfal taghna jkunu jistghu jghixu bhan-nies, dan jghodd ukoll ghall-biedja, ma rridx infisser li issa, ghax dalwaqt tasal elezzjoni generali, nibdew nergghu nisimghu weghdi li forsi jghammxu l-ghajnejn ta’ xi whud bhal ma kien gara qabel l-elezzjoni li ghaddiet.
Naghlaq dan l-artiklu bi kwotazzjoni li uzat il-Koperattiva tas-Sajjieda: “il-Gvern Malti dejjem jghid li huwa hafna biex ikun hawn xoghol ahjar ghal kulhadd, imma zgur li dan ma japplikax ghas-sajjieda.”
Naqbel mija fil-mija ma’ dan il-kliem tal-Koperattiva. Inheggighom però biex ma jaqtghux qalbhom.
Nemmen li pajjizna ma jdumx ma jkollu nies fit-tmexxija ta’ pajjizna, li ma jibzghux jpoggu l-interess ta’ pajjizna, tal-haddiema, ta’ dawk li jahdmu ghal rashom, fosthom zgur is-sajjieda u bdiewa Maltin u Ghawdxin, nies tan-negozju u l-poplu Malti u Ghawdxi kollu, l-ewwel u qabel kollox!

| < Prev | Next > |
|---|






