Jikteb Roderick Spiteri
Matul il-gimgha li ghaddiet giet imnedija ir-raba’ milestone tal-kampanja START; kampanja li iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed tara l-involviment taz-zghazagh fil-Partit Laburista.
L-ghan principali tal-Forum Zghazagh Laburisti hu li permezz ta’ START iheggeg aktar zghazagh jippartecipaw kemm fil-politika u kemm fil-komunità.
Il-Kunsilli Lokali ghandhom iservu wkoll bhala mezz fejn ahna z-zghazagh naghtu lehen lil zghazagh ohra fil-lokalitajiet taghna li forsi qatt ma kienu attivi politikament sabiex isemmghu lehinhom u jesprimu l-hsibijiet u l-ideat taghhom.
Ghalhekk bhala parti mill-kampanja ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Marzu 2012, ahna l-kandidati godda f’isem il-Partit Laburista ser inkunu qed niltaqghu pubblikament mar-residenti, ghaqdiet spor-tivi, ambjentali, kulturali u socjetajiet fil-lokalitajiet rispettivi sabiex nismghu x’ghandhom x’joffru ghall-gid tal-komunità.
Il-kampanja START mhiex biss vetrina ghal kandidati zghazagh izda hija xhieda tal-vizjoni li l-Partit Laburista ghandu ghal dan il-pajjiz.
Mill-kunsilli lokali taghna ahna bhala partit qeghin nuru li lesti li niltaqghu ma’ kulhadd, nisimghu lil kulhadd u nwettqu l-ideat tangibbli li ghandom ir-residenti.
Xi kultant nisimghu nies jghidu li facli li bhala kandidat zaghzugh tigi elett, izda l-ghan ahhari taghna mhux li nigu eletti izda li nuru li ahna kapaci mmexxu u mmexxu ahjar.
Ghal dan il-ghan Start qed isservi wkoll bhala mezz ta’ tahrig u esperjenza. Laqghat bhal dawn ghandhom iservu sabiex ahna nitghallmu min-ghand ir-residenti u nkunu ppreparti ghall-isfida tal-Kunsill Lokali.
Irridu nkunu ahna z-zgha-zagh li bl-energija zaghzugha, hegga u determinazzjoni flimkien mal-kunsilliera prez-enti nahdmu bhala tim wiehed, biex ’il boghod minn norma burokratika, nahdmu favur ir-residenti tal-lokalitajiet taghna.

| < Prev | Next > |
|---|






