Il-Partit Laburista jista’ jwettaq il-hidma tieghu grazzi ghal tant u tant nies li ta’ kuljum jaghtu l-hin taghhom bla hlas u b’dedikazzjoni kbira. Hidma li tirrikjedi hafna energija. Flimkien mar-rizorsi umani, li jibqghu l-bazi tal-hidma li jwettaq il-partit, hemm bzonn ukoll tar-rizorsi finanzjarji biex inkomplu ghaddejjin bil-progetti li rridu nwettqu. Il-Partit Laburista tul iz-zminijiet dejjem kien jiddependi mill-generozità tal-poplu.
Jiddependi mill-generozità ta’ dawk il-hafna li jemmnu fl-ideali tal-partit, u li jemmnu li l-partit joffri l-ahjar politika ghall-pajjiz u l-ahjar alternattiva minn kull partit politiku iehor.
Il-mira taghna hi li nkomplu ninvestu biex nissahhu aktar minn qatt qabel u dan mhux fl-interess tal-Partit Laburista biss, imma aktar minn hekk, fl-interess tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu, u fl-interess ta’ pajjizna.
Irridu nassikuraw ruhna li nwasslu l-messagg taghna bl-ahjar mod possibbli, izda minghajr ghajnuna finanzjarja, dan ma jkunx possibbli.
Irridu nassikuraw ruhna li nkunu l-aktar partit ippreparat biex jirbah l-elezzjoni generali li jmiss. Hu mehtieg li mhux biss il-messagg ikun tajjeb, zda li dan jasal b’mod effettiv, partikolarment lil dawk li ghadhom mhumiex decizi lil min ser jivvutaw, u lil dawk li ghadhom mhumiex konvinti mill-bidliet kbar li ghadda minnhom il-Partit.
Hemm bzonn li ninvestu aktar fit-teknologija tal-informatika u fir-ricerka. Il-htiega li l-Partit ikun rilevanti u jkollu prezenza li tinhass fuq l-internet hi kbira, u dan kif rajna fl-elezzjoni li ghaddiet, fejn jehtieg li nkunu aggornati u fuq quddiem nett fuq dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni, li maz-zmien qed jassumu dejjem importanza akbar.
Dawn huma mezzi li bis-sahha taghhom il-messagg politiku tal-Partit jista’ jasal b’mod ferm effettiv lil sezzjonijiet partikolari tal-elettorat.
Fl-ahharnett nixtieq niehu l-opportunità biex nirringrazzja minn qalbi lil kull min qed jghin u ghen fil-passat, grazzi lill-kumitati lokali kollha tal-Partit Laburista li habbtu bieb bieb f’kull rahal f’Malta u Ghawdex, ghall-hin li joffru bla waqfien biex jigbru l-fondi b’risq il-Partit u li kieku ma kienx ghalihom, is-successi li naghmlu kull sena zgur li ma kinux ikunu possibbli.
Mexjin tajjeb u mexjin ‘l quddiem, però l-hidma ma tista’ tieqaf qatt biex tabilhaqq il-Partit Laburista jkun il-Partit li jispira l-fiducja tal-maggoranza tal-poplu taghna biex jaghtih il-mandat elettorali biex imexxi lil pajjizna fis-snin li gejjin.
Grazzi lil kull min nhar it-Tlieta 13 ta’ Dicembru 2011 attenda bi hgaru u ippartecipa fl-okkazjoni tal-Inizjattiva Gbir ta’ Fondi fic-Centru Nazzjonali Laburista. Kienet okkazjoni li fiha spikkat l-ghaqda u l-armonija li tezisti fi hdan il-Partit Laburista.
Grazzi lil dawk kollha li taw il-kontribut taghhom li se jsarraf f’hidma mill-Partit Laburista biex ikun jista’ johloq futur ahjar ghall-familji Maltin u Ghawdxin, fi ftit tal-gimghat ohra f’hidma koncentrata fuq bazi lokali biex nassiguraw li jkollna gvern lokali b’sahhtu immexxi minn kunsillieri Laburisti, imbaghad fil-kampanja ghall-elezzjoni generali biex ikollna gvern centrali b’sahhtu u stabbli, immexxi bil-ghaqal minn Gvern Laburista.
Fl-ahharnett, niehu l-opportunità sabiex nawgura l-isbah xewqat ghal Milied hieni lill-familji Maltin u Ghawdxin kollha.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






