Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx

E-mail Print PDF
Share

tonio-borgIs-siesta twila ta’ Tonio

Il-Vici Prim Ministru Tonio Borg ghandu habta kien jinqabad joghnos waqt li suppost ikun qieghed jaqdi dmiru fit-tieni l-oghla kariga fil-gvern tal-pajjiz. Id-dehra tieghu mortalizzata fir-ritratti qieghed jiehu naghsa helwa waqt laqgha gholja tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiz tal-Commonwealth fl-Awstralja, ftit tal-gimghat ilu ghamlet id-dawra tad-dinja permezz tal-agenziji tal-ahbarijiet internazzjonali.

Quddiem ir-ritratt ta’ Tonio Borg qed joghnos down under ma setghux jonqsu l-kummenti cinici u sarkastici. Veru kaz li Tonio Borg rieqed ghamel ‘ahbar dinjija’ li zgur ma kienx jaghmel li kieku baqa’ mqajjem.

 

Imma Tonio Borg joghnos u jaghti bir-ras mhux biss waqt xi laqgha internazzjonali fejn bejn l-effett tal-jet-lag u bejn l-ghejja ta’ laqghat twal, wiehed jasal biex jifhem u jaghder. Aghar minn hekk Tonio Borg ghandu jkun ghandu habta joghnos anki meta jkun Malta waqt xoghol il-ministeru. Tonio Borg xi kultant tant ma jkunx jaf x’laqtu, li ma kienx jaf bir-racket li kien ghaddej fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli dwar il-hrug tal-visas ta’ Schengen. Kellha tkun din il-gazzetta li xprunatu biex jiccaqlaq ghax altrimenti ma kien jiccaqlaq xejn.

 

L-isbah wahda imma kienet ta’ din il-gimgha, meta kien rinfaccjat b’dak li hareg mix-xhieda fil-guri ta’ Josette Bickle li kienet topera sistema ta’ traffikar ta’ droga organizzat u ta’ skjavità moderna fil-habs taht ghajnejn dawk li suppost kienu qeghdin imexxu l-habs fi zmien meta Tonio Borg kien Ministru tal-Intern. Tonio Borg wiegeb bhax-xadini proverbjali li la semghu, la raw u lanqas riedu jghidu xejn.

 

Imma issa x’se jigri minn hawn ’il quddiem? Il-Ministru se jibqa’ jimita x-xadini proverbjali u jehda jilaghba tal-iblah biex ma jhallasx dwana? X’se jigri minn dawk l-ufficjali gholja li suppost kienu qeghdin imexxu l-habs dakinhar u li sallum ghadhom qeghdin iservu fil-Korp tal-Pulizija.

Evidenza

dione_borgTa’ kull gimgha Dione Borg fuq NET TV itella’ l-programm Evidenza li huwa ffossilizzat u ossessjonat b’certi kazijiet li sehhew fis-snin 80. Dione Borg biex ifittex ghal twegiba definittiva ghad-diversi kazijiet li huwa jqanqal fil-programm tieghu, imissu jispjega kif dawk l-ufficjali gholja tal-Pulizija li kienu nvoluti f’kazijiet ta’ frame-ups, tortura ecc, taht amministrazzjoni Nazzjonalista mill-1987 ’il quddiem kienu spiccaw tawhom promozzjoni ghal wahda, tnejn flok dabbrulhom rashom mill-Korp kif logikament wiehed kien jistenna li kellu jigri, jekk ma kienx hemm xi intricci li nistghu biss nispekulaw dwarhom.

 

 

Brodu

Li ma nistax nifhem ezattament huwa x’inhu r-rwol ta’ Anthony Abela Medici fil-programm Evidenza. Fit-tmeninijiet Abela Medici kien ingaggjat fil-Korp tal-Pulizija u kien inkarigat mil-Laboratorju Forensiku. Ghamel zmien ukoll meta kien ikun appuntat mill-Qorti bhala espert forensiku.

 

L-evidenza li gabar u l-investigazzjonijiet u testijiet xjentifici li huwa ghamel, ma kienux proprjetà privata tieghu, imma ghamilhom fil-vesti ufficjali tieghu.

 

Kif dan issa qieghed jitla’ fi programm mill-aktar partiggjan u juza informazzjoni kunfidenzjali dwar kazijiet li whud minnhom ghadhom sallum mhux rizolti? difficli tifhem kif dawn l-affarijiet jithallew isiru f’pajjizna, ghajr ghall-fatt li ghall-GonziPN bhal donnu kull ilma jaghmel brodu tajjeb.

Proposti konkreti

Fil-granet li ghaddew sehh zvilupp importanti fix-xena politika li ma nghatax l-importanza misthoqqa min-naha tal-media. Mozzjoni pprezentata mid-Deputat Laburista Justyne Caruana dwar ir-riformi mehtiega li jsiru fil-Qorti ta’ Ghawdex sabet l-appogg tal-Ministru ghal Ghawdex li ssekondat il-mozzjoni.

 

Zvilupp interessanti minnu nnifsu li fuq dan l-issue partikolari hemm qbil bipartisan bejn il-partiti fil-Parlament. Konferma wkoll ta’ kemm il-Partit Laburista f’dan il-kaz permezz tad-deputat Justyne Caruana, ghad li ghadu fl-Oppozizzjoni, xorta kapaci johrog bi proposti konkreti, bizzejjed li sahansitra jsibu l-appogg ta’ ministru tal-Gvern. U mbaghad jigu l-propagandisti Nazzjonalisti u ghandhom il-wicc jghidu li l-PL m’ghandux proposti.

 

Kwantu ghal Giovanna Debono li bhala Ministru ghal Ghawdex li jmissha kienet hi li tohrog b’inizjattivi bhal dawn, il-fatt li spiccat tissekonda l-mozzjoni ta’ Justyne Caruana, jikkonferma kemm is-sens ta’ inizjattiva harab minn idejha.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata