Minkejja li ddominaw tul il-partita kollha, Qormi ddizappuntaw ferm fil-konkluzjonijiet taghhom b’mod specjali Nwoke.
Dan kellu partita verament hazina u kien mibdul fil-61 minuta ma’ Osagie meta l-iskor kien ghadu dak ta’ minghajr gowls.
Fil-fatt il-gowl tar-rebha wasal fil-81 minuta meta kross mil-lemin ta’ Mirarchi wasal ghand Duff, li kompla lejn PEREIRA DA SILVA li dar u spara fix-xibka.
Gzira ddefendew tul il-partita kollha u ppruvaw biss joperaw bil-kontrattakki. L-ahjar mument taghhom u li fih marru qrib li jiskurjaw kien fid-39 minuta meta permezz tal-plejer taghhom Hussey laqtu l-lasta.
St George’s u Rabat javvanza ghar-raba’ rawnd ukoll
St George’s kellhom f’idejhom l-inizjattiva tul l-ewwel taqsima kollha u fil-fatt ghalqu l-loghba b’zewg gowls minghajr risposta biex ikkwalifikaw ghar-raba rawnd tal-U*BET FA TROPHY.
Wara biss tmien minuti loghob il-Bormlizi kienu digà marru fil-vantagg. Pass mil-lemin ta’ Chukwunyelu lejn JONATHAN RUIZ li gheleb lil gowler tal-Gharghur Dunstan Zarb minn tarf il-kaxxa.
Fid-39 minuta St George’s irduppjaw meta minn korner mix-xellug ta’ Inguanez, REDA BOUTAHIR bir-ras gheleb lil gowler Zarb ghat-tieni darba.
It-tieni taqsima kienet pjuttost kwieta bis-St George’s jitilfu l-inizjattiva, izda l-Gharghur ma jaghrfux japprofittaw biex l-iskor baqa’ l-istess.
Rabat Ajax kienu ahjar mill-avversarji taghhom bil-kwalifikazzjoni taghhom ghar-raba rawnd tal-U*BET FA TROPHY tkun wahda meritata.
Fis-26 minuta Rabat kellhom korner ta’ Causchi mix-xellug li Felice kompla bir-ras lejn DYLAN FALZON li wkoll bir-ras gheleb lil-gowler ta’ Ghaghur Francica.
Fil-55 minuta Rabat irduppjaw. Pass ta’ Schembri lejn JUSTIN FELICE li xxuttja fil-baxx biex gheleb lil gowler ta’ Kirkop.
Fil-75 minuta Rabat ghamluhom tlieta. Girja tajba mix-xellug ta’ Smeir, li qassam lejn JUSTIN FELICE li kiseb doppjetta meta rega’ gheleb lil gowler Francica.

| < Prev | Next > |
|---|






